Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI

PR240945
Date Icon 31/05/2024

Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Kalkara għall-uffiċini amministrattivi tal-Kunsill

Binja pubblika li tinsab fil-kumpless ta' Villa Portelli fil-Kalkara, se tgħaddi formalment mingħand l-Awtorità tal-Artijiet f'idejn il-kunsill lokali ta' din il-lokalità, sabiex tilqa' fiha l-uffiċini amministrattivi tal-istess kunsill.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt li ppresedew l-iffirmar tal-ftehim ta' devoluzzjoni.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr kif dan huwa eżempju ċar ta' kif qed jiġu utilizzati bl-aqwa mod possibbli r-riżorsi tal-Gvern Ċentrali sabiex filwaqt li jiġu kkonservati dawn il-binjiet storiċi, jiġu utilizzati għas-servizz tar-residenti.

“Mill-bidu ta' din is-sena kontinwament saru taħditiet dwar kif nistgħu nutilizzaw aktar artijiet u binjiet pubbliċi għas-servizz tal-komunità. Dan wassal sabiex hekk kif qed nagħmlu illum, fix-xhur li għaddew saru ukoll devoluzzjonijiet ma' diversi kunsilli lokali oħra. Anke f'dan il-każ, il-kunsill tal-Kalkara qed jibbenefika mill-iskema li biha se jkun qed iħallas biss il-massimu ta' €500 kera fis-sena," temm jgħid il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli nnutat li din id-devoluzzjoni hija waħda minn sensiela ta' devoluzzjonijiet li saru fl-aħħar xhur u ġimgħat. Qalet li dan juri l-fiduċja li l-gvern għandu fil-kunsilli lokali sabiex imexxu proġetti huma stess.

“Permezz ta' din id-devoluzzjoni l-Kunsill Lokali tal-Kalkara se jkollu binja isbaħ, ikbar u aħjar minn fejn jopera, li fl-aħħarnett se jgawdi minn dan kollu r-resident tal-Kalkara. Nawgura lill-kunsill lokali jmexxi 'l quddiem dan il-proġett sabiex il-Kalkariżi jkunu jistgħu jibdew jinqdew minnu," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina qal li dan l-iffirmar huwa pass importanti għall-Kunsill Lokali tal-Kalkara. “Waqt żjara li konna għamilna f'Villa Portelli konna urejna x-xewqa li parti minnha tingħata lill-kunsill lokali. Permezz ta' dan il-ftehim il-Kunsill Lokali tal-Kalkara se jkollu binja aktar adegwata għaż-żminijiet tal-lum. Inħarsu 'l quddiem biex jiġi implimentat il-proġett u l-kunsill lokali jkun ta' servizz aħjar għall-komunità Kalkariża."

Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kien hemm ukoll l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow