Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Is-Segretarju Parlamentari Ellul iżur waħda mill-aġenziji tax-xogħol li ngħatat liċenzja ta’ temping agency

PR240940
Date Icon 31/05/2024

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu SoċjaliAndy Ellul għamel żjara fl-uffiċini l-ġodda ta' Signal 8 Security, li nfetħu riċentement, wara li ngħataw l-ewwel 34 liċenzja għall-aġenziji tax-xogħol (temping agencies).

Waqt iż-żjara tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ellul kellu l-opportunità jiltaqa' mat-tmexxija u l-impjegati ta' Signal 8 Security, fejn faħħar l-inizjattiva tal-kumpanija biex tiftaħ uffiċini ġodda li se jkunu ċentru ewlieni għall-operat tagħhom. Huwa enfasizza l-importanza li l-aġenziji tas-sigurtà joperaw b'mod professjonali u trasparenti.

“Il-ħruġ tal-liċenzji għat-temping agencies huma pass fundamentali biex niżguraw li l-oqsma tax-xogħol ikunu regolati b'mod effettiv u li l-ħaddiema jkollhom l-aħjar taħriġ u riżorsi," qal is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Signal 8 Security hija waħda mill-aġenziji ewlenin fil-qasam tas-sigurtà f'Malta. Il-ftuħ tal-uffiċini l-ġodda se jipprovdi spazju modern u adegwat għall-operat tagħhom u se jippermetti lill-kumpanija tkompli tespandi u ttejjeb is-servizzi tagħha. Dan se jwassal ukoll għal aktar opportunitajiet ta' xogħol fil-qasam tas-sigurtà.

Is-Segretarju Parlamentari  Ellul temm jgħid li dawn l-uffiċini l-ġodda huma xhieda tal-progress li qed isir f'dan il-qasam u tenna l-impenn tal-gvern li jkompli jappoġġja inizjattivi bħal dawn.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Is-Segretarju Parlamentari Ellul iżur waħda mill-aġenziji tax-xogħol li ngħatat liċenzja ta’ temping agency
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow