Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinfetaħ spazju rikreattiv ġdid f’Bormla

PR240939
Date Icon 31/05/2024

Grawnd Peppi Del Ceppo jingħata lura lir-residenti

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku ta' Bormla Marco Agius u l-kunsilliera inawguraw il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Grawnd Peppi Del Ceppo fil-qalba tal-lokalità ta' Bormla.

Dan l-ispazju rikreattiv sar b'investiment ta' madwar €365,000 permezz ta' skema finanzjajra għal Proġetti Kapitali mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u minn fondi addizzjonali tal-Kunsill Lokali. Palumbo Malta Shipyard kienu wkoll kontributuri favur dan il-proġett, bħala parti mill-impenn tagħhom sabiex jagħtu lura lil-lokalità ta' Bormla.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan l-investiment ser jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Kottonera għaliex huwa spazju miftuħ li ser joffri lok għall-eżerċizzju fiżiku, lis-sport u kif ukoll spazju għar-rikreazzjoni. Hija spjegat li dan il-proġett ser ikompli jikkumplimenta proġetti oħra ta' riġenerazzjoni mwettqa mill-Gvern f'din iż-żona, fosthom il-pixxina fil-Kottonera Sports Complex, ir-restawr fuq is-swar tal-Kottonera u l-ħolqien tal-Park ta' San Klement.

“Huwa ta' sodisfazzjon li nara li l-isforzi tal-Gvern favur aktar spazji miftuħa u rikreattivi fil-lokalitajiet tagħna għadhom qed ikomplu jilħqu wkoll lil din iż-żona, fejn fi snin preċedenti kienet tħalliet taqa' fi stat ta' abbandun," saħħqet is-segretarju parlamentari.

Il-Grawnd Peppi Del Ceppo huwa spazju rikreattiv li jikkonsisti minn grawnd tal-futbol 5 a-side u bandli għal tfal ta' etajiet differenti. Il-proġett kien jinkludi xogħlijiet ta' riġenerazzjoni u tisbiħ madwar l-ispazju kollu, inkluż pavimentar ġdid u tħawwil ta' siġar u pjanti. Ġie installat tagħmir ġdid tal-bandli u rubber-flooring għal aktar sigurtà, u twaħħlet sistema ta' dawl ġdida. Il-grawnd tal-futbol ġie miksi b'turf ġdid.

“Grawnd Peppi Del Ceppo huwa wieħed minn sensiela ta' proġetti kapitali madwar Malta u Għawdex li setgħu jiġu mwettqa permezz tal-għajnuna finanzjarja mill-Gvern permezz ta' skemi li jinħarġu minn żmien għal żmien għall-kunsilli lokali u reġjonali," temmet id-diskors tagħha s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Bormla Marco Agius irringrazzja lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali għall-finanzjament sabiex seta' jsir xogħol ta' riġenerazzjoni f'dan l-ispazju miftuħ. Huwa appella lir-residenti Bormliżi sabiex jagħmlu użu tajjeb minn dan l-ispazju u jieħdu ħsiebu sabiex jibqa' jitgawda mill-komunità Bormliża.

STQARRIJA MIS-SEGRETARAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinfetaħ spazju rikreattiv ġdid f’Bormla
STQARRIJA MIS-SEGRETARAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinfetaħ spazju rikreattiv ġdid f’Bormla
STQARRIJA MIS-SEGRETARAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinfetaħ spazju rikreattiv ġdid f’Bormla
STQARRIJA MIS-SEGRETARAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinfetaħ spazju rikreattiv ġdid f’Bormla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow