Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Meħtieġa interkonnessjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej u ma’ pajjiżi terzi – il-Ministru Miriam Dalli

PR240937
Date Icon 30/05/2024

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa tirrikjedi ftehim reġjonali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi

Waqt laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea, Malta appellat favur għajnuna akbar għall-pajjiżi li qegħdin fil-periferija tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-pajjiżi mhumiex magħquda b’mod sħiħ man-netwerk tal-enerġija Ewropew u għandhom opportunitajiet limitati biex iżidu l-ammont ta’ rinnovabbli tagħhom.

Malta, filwaqt li hija mqabbda mal-grid tal-elettriku Ewropew, għadha mhix imqabbda mal-grid tal-gass Ewropew. 

Il-Ministru Miriam Dalli appellat għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa li ma tħalli lill-ebda pajjiż jaqa’ lura. Semmiet il-ħtieġa li l-finanzjament għall-proġetti tal-enerġija jitqassam mal-pajjiżi kollha b’mod ekwu u jindirizza proġetti li għadhom pjuttost innovattivi bħall-proġetti li huma floating offshore.

Il-Ministru sostniet li biex il-pajjiżi kollha jimxu lil hinn minn sorsi li jniġġsu hemm bżonn ta’ investimenti akbar fl-infrastruttura, investiment akbar f’aktar interkonessjonijiet u li jkun hemm flessibilità akbar fil-mod kif isiru investimenti fi storages tal-enerġija inklużi batteriji tal-massa. 

Il-Ministru Dalli enfasizzat il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tħares mal-fruntieri tagħha fejn hemm numru ta’ pajjiżi li għandhom potenzjal qawwi ta’ enerġija rinnovabbli. Appellat lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja ftehim reġjonali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi biex kull stat membru jkollu l-opportunità li jibbenefika minn proġetti ta’ interkonnessjonijiet reġjonali. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Meħtieġa interkonnessjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej u ma’ pajjiżi terzi – il-Ministru Miriam Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Meħtieġa interkonnessjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej u ma’ pajjiżi terzi – il-Ministru Miriam Dalli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow