Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Kors dwar l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali fl-iskejjel sekondarji

pr240935
Date Icon 30/05/2024

Eżempju b'saħħtu biex noffru spalla – Dr Lydia Abela

L-isfida tas-saħħa mentali nindirizzawha fil-komunità iżda fuq kollox il-komunità trid tkun mgħarrfa biżżejjed u mħarrġa biex tgħin lin-nies b'din l-isfida. Messaġġ importanti li għaddiet Dr Lydia Abela f'diskussjoni ma' studenti tad-disa' sena fl-iskola sekondarja taż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More, wara li dawn l-istudenti temmew b'suċċess kors dwar l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali.

Dan il-kors taħt il-kappa 'SPEAK', li se tkompli tqajjem l-għarfien dwar is-saħħa mentali, beda jingħata lill-istudenti tad-disa' sena fl-iskejjel kollha. Il-kors hu riżultat tad-donazzjonijiet fl-inizjattiva 'Smiles with Miles' li mexxiet Dr Lydia Abela u finanzjament mill-Bank of Valletta. Kors li bil-koperazzjoni tal-Fondazzjoni Richmond, qed jgħin lill-istudenti jifhmu aħjar l-ewwel tip ta' għajnuna li tingħata f'każ li jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet ta' persuni li jkollhom sfidi ta' saħħa mentali. Mart il-Prim Ministru ħadmet mill-qrib mal-fondazzjoni msemmija u mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali Dennis Vella Baldacchino fejn imbagħad tfassal il-kors li jħarreġ lill-istudenti fuq bosta ħiliet, fosthom kif jidentifikaw ċerti sinjali ta' sfidi ta' saħħa mentali. Il-kors mifrux fuq 25 siegħa hu offrut ukoll lill-edukaturi tal-istess studenti. Dan jagħmel enfasi wkoll fuq il-ħtieġa tas-sensittività u l-bżonn tal-empatija. Sa issa ħadu l-kors madwar ħamest elef student u tliet mija u tletin edukatur.

Dr Abela sostniet li din l-inizjattiva hi eżempju tanġibbli ta' kif is-saħħa mentali ma tibqax tabù iżda tkun fuq l-aġenda tad-diskussjoni f'ħajjitna u nindirizzawha. “L-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna huma l-aqwa eżempju bil-fatti li bih nistgħu nxettlu ħiliet importanti biex inkunu ta' spalla għal min għaddej minn sfida ta' saħħa mentali", sostniet Lydia Abela hi u tisħaq ukoll li s-soċjetà trid tkun waħda li tagħti ċans lil kull persuna terġa' tqum fuq saqajha u tgħix aħjar. Mart il-Prim Ministru żiedet tgħid li b'din l-inizjattiva jikber l-għarfien u l-prevenzjoni, żewġ prinċipji importanti.

Preżenti fl-iskola kien hemm ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Il-Ministru Grima qal li l-aspett edukattiv dejjem hu għodda importanti biex ikabbar l-għarfien. Qal li l-iskejjel tagħna permezz ta' dan il-kors qed juru bil-fatti kif is-sens wiesa' tal-edukazzjoni hu utli għall-ħajja. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Abela mhux biss faħħar din l-inizjattiva li tmur id f'id mal-viżjoni tal-Gvern fuq is-suġġett iżda sostna li l-inizjattiva bħal din turi kemm is-saħħa mentali ma tinvolvix biss kura u mediċini.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Kors dwar l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali fl-iskejjel sekondarji
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Kors dwar l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali fl-iskejjel sekondarji
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Kors dwar l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali fl-iskejjel sekondarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow