Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imħabbar investiment ta’ €60 miljun fl-espansjoni tal-kumpanija Baxter li se jfisser il-ħolqien ta’ 180 impjieg

pr240933
Date Icon 30/05/2024

• Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li din l-espansjoni hija xhieda tal-ekonomija reżiljenti ta' pajjiżna li tiflaħ għax-xokkijiet internazzjonali u tiffaċilita t-tkabbir

Fiż-Żona Industrijali tal-Marsa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar l-espansjoni tal-kumpanija Baxter li timmanifattura tagħmir mediku. L-espansjoni, li se tkun qed issir b'investiment ta' €60 miljun bl-għajnuna tal-Gvern Malti permezz tal-Malta Enterprise u INDIS Malta, se tissarraf f'180 impjieg ġdid, bi tkabbir fil-kapaċità produttiva ta' 20%.

Matul konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li din l-espansjoni, it-tielet waħda tal-kumpanija Baxter f'pajjiżna, hija xhieda ta' kemm pajjiżna għandu ekonomija reżiljenti li tiflaħ għax-xokkijiet internazzjonali filwaqt li tiffaċilita t-tkabbir. Fisser din l-espansjoni bħala waħda li turi r-rieda ta' kumpanija li tkompli tkabbar l-operat tagħha f'pajjiż li għandu klima ekonomika b'saħħitha.

Tant hu hekk li ċifri uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fis-sigħat li għaddew juru li l-ekonomija Maltija kibret tnax-il darba iktar mill-medja Ewropea fl-ewwel kwart ta' din is-sena. “Huwa grazzi għall-mentalità ta' Gvern miftuħ għan-negozju, permezz ta' entitajiet bħal Malta Enterprise u INDIS Malta, li pajjiżna jibqa' wieħed li joffri ambjent kompetittiv u attraenti għal kull min irid jinvesti. Hija din il-klima ekonomika pożittiva li toħloq prosperità ġdida," saħaq il-Prim Ministru.

Dr Abela qal li l-investiment mill-privat, l-investiment fi start-ups u t-tkabbir tan-negozji lkoll jissarrfu f'aktar dħul u allura konsum fl-ekonomija. “Huwa investiment li jissarraf f'ekonomija li tista' tinħass u titgawda mill-poplu kollu kemm hu. Investiment li jkompli jġedded l-ekonomija tagħna," saħaq il-Prim Ministru. Żied jgħid li dan hu investiment ieħor li qed joħloq karrieri ta' kwalità f'pajjiżna stess fosthom għaż-żgħażagħ li qed jistudjaw fl-Università u l-MCAST u li għada se jsibu dawn l-opportunitajiet. Qal li dan l-investiment ifisser messaġġ ta' tama li ż-żgħażagħ għandhom futur sabiħ f'Malta.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li l-investiment imħabbar illum fil-Baxter huwa biss wieħed minn sensiela ta' investimenti kbar li tħabbru fl-aħħar ġimgħat. “Ta' kull ġimgħa flimkien mal-Prim Ministru qed inħabbru investimenti kbar fis-settur privat, b'ħafna minnhom huma investimenti diretti barranin, li ta' kull ġimgħa qed jagħmilna pass eqreb mill-mira ekonomika li nixtiequ nilħqu din is-sena, dik li jkollna l-akbar żieda ta' investiment dirett barrani. Dan l-investiment f'niċeċ ekonomiċi ġodda kif ukoll oħrajn f'setturi differenti minn xulxin huma prova ta' ekonomija dinamika li qed tħalli l-frott mixtieq," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Id-Direttur tal-Manifattura ta' Baxter Malta Christelle D'Amato qalet li dan l-investiment se jwassal għat-tisħiħ tal-provvista ta' medical devices madwar id-dinja, issa u fil-futur. “F'isem Baxter, nixtieq nirringrazzja lill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, kif ukoll lil Malta Enterprise u lil INDIS Malta għall-appoġġ kontinwu tagħhom għall-preżenza ta' Baxter f'Malta."

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imħabbar investiment ta’ €60 miljun fl-espansjoni tal-kumpanija Baxter li se jfisser il-ħolqien ta’ 180 impjieg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imħabbar investiment ta’ €60 miljun fl-espansjoni tal-kumpanija Baxter li se jfisser il-ħolqien ta’ 180 impjieg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imħabbar investiment ta’ €60 miljun fl-espansjoni tal-kumpanija Baxter li se jfisser il-ħolqien ta’ 180 impjieg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imħabbar investiment ta’ €60 miljun fl-espansjoni tal-kumpanija Baxter li se jfisser il-ħolqien ta’ 180 impjieg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow