Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien

pr240932
Date Icon 30/05/2024

Tlestew ix-xogħlijiet ta' tisbiħ fi Ġnien Veliko Tornovo f'Ħal Tarxien, li kien jinvolvi wkoll ir-rinnovazzjoni ta' pitch tal-grawnd tal-futbol tal-5-a-side biswit il-ġnien.

Ix-xogħlijiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ġew iffinanzjati minn fondi tal-aġenzija Komunità Malta. Ix-xogħlijiet ta' tisbiħ kienu jinvolvu wkoll sistema ta' dwal ġodda għall-ġnien, ir-restawr ta' gazebo fil-ġnien, bandli ġodda u twapet ġodda taħthom, firxa ta' pjanti u restawr tal-pedestalli tal-istatwa tal-Annunzjata u ta' monument tal-bronż.

Il-pitch tal-grawnd tal-futbol ġie inawgurat mill-ġenituri tal-kuntistabbli Mark Farrugia li ħamsa u għoxrin sena ilu kien inqatel f'Ħal Tarxien waqt il-qadi ta' dmirijietu. Dan wara li l-istess grawnd issemma għall-istess kuntistabbli Mark Farrugia.

Xi xogħlijiet fl-istess ġnien, fosthom diversi arti li saret mal-ħitan, saru minn persuni li qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, bħala parti mill-programm ta' riabilitazzjoni tagħhom.

Waqt ċerimonja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li dan huwa spazju miftuħ u sportiv li qed jingħadda lura lill-komunità ta' Ħal Tarxien sabiex jitgawda fil-qalba tal-komunità. Sostna li dan juri l-impenn tal-Gvern li flimkien mal-kunsill lokali qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta' Ħal Tarxien.

“Hija wkoll xi ħaġa mill-isbaħ li ċerti xogħlijiet saru minn persuni li qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fejn isservi sabiex mhux biss ikomplu r-riabilitazzjoni tagħhom, iżda jroddu wkoll xi ħaġa lura lill-komunità", temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li hu ta' sodisfazzjon li dan il-proġett sar b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, u li hu proġett li jippromwovi l-attività fiżika fosthom il-futbol.

“Il-Gvern kommess li jkompli jippromwovi l-attività fiżika għaliex huwa fattur li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u permezz ta' dan il-proġett f'Ħal Tarxien qed nilħqu dan il-għan. Nawgura li dan il-pitch jintuża ta' spiss kemm mit-tfal u anke miż-żgħażagħ sabiex jitħarrġu fih," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll is-Sindku ta' Ħal Tarxien Joseph Abela Galea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunità: ġnien, grawnd tal-futbol u bandli ġodda f’Ħal Tarxien
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow