Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Tamara Capeta fil-kawża, Il-Kummissjoni vs Malta dwar id-deroga għar-Riċerka tal-Għasafar tal-Għana (Kawża C-23/23)

pr240931
Date Icon 30/05/2024

Illum, l-Avukat Ġenerali Tamara Capeta tat il-konklużjonijiet tagħha fil-kawża, Il-Kummissjoni vs Malta dwar id-deroga ta’ riċerka fuq seba’ speċi ta ’għasafar tal-għana selvaġġi.

Il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ma jorbtux lill-Qorti tal-Ġustizzja. L-Avukati Ġenerali jipprovdu soluzzjonijiet legali indipendenti għall-każijiet li jittrattaw, u l-opinjonijiet tagħhom iservu bħala rakkomandazzjoni lill-Qorti. Is-sentenza finali mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se tingħata aktar tard.

Il-Gvern ta’ Malta jieħu nota ta’ din l-Opinjoni. Madankollu huwa diżappuntat bil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Għalkemm l-Opinjoni għad trid tiġi eżaminata fil-fond, il-Gvern jibqa’ impenjat fil-kawża u lest li jerġa’ jiftaħ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex ikompli jiddefendi d-deroga tar-riċerka u l-interessi tal-kaċċaturi u tan-nassaba. Il-Gvern ta’ Malta huwa konvint bl-argument li ressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għadu possibbli li l-Qorti tiddeċiedi favur Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow