Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 2024

pr240930
Date Icon 29/05/2024

Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill Lokali ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta' Mejju, 2024.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riservi) fl-4 ta' Ġunju, 2024, illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt l-1 ta' Ġunju, 2024. Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta l-4 ta' Ġunju, 2024, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument/i tal-vot biex jivvotaw. Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.

Bla ebda mod ma jkun possibbli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt it-8 ta' Mejju, 2024, anke jekk jirtiraw mill-kariga.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow