Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-artist internazzjonali Sam Smith f’Malta għal Summerdaze 2024

PR240929
Date Icon 29/05/2024

L-avveniment mużikali Summerdaze ser jerġa' jirritorna f'pajjiżna nhar il-Ħamis 15 ta' Awwissu fil-Park Nazzjonali Ta' Qali. L-edizzjoni ta' din is-sena ser tkun qiegħda tilqa' f'pajjiżna l-artisti ta' fama internazzjonali Sam Smith u Becky Hill flimkien ma' mużiċisti barranin oħrajn minn BBC Radio  Dance Anthems, Charlie Hedges and friends Djing.

Summerdaze ta' din is-sena ser ikun qiegħed jinvolvi wkoll artisti lokali li jinkludu lil Shaun Farrugia kif ukoll oħrajn li l-ismijiet tagħhom mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq kif għal sena oħra reġa' għandna kunċert ieħor ta' Summerdaze li mistenni jattira numru kbir ta' turisti barranin iżda anke Maltin u Għawdxin lejn Ta' Qali. “Il-fatt li jkollok taħlita ta' artisti popolari bħal Sam Smith u Becky Hill flimkien ma' uċuħ lokali f'serata waħda hija opportunità li fiha nsaħħu l-viżibilità ta' pajjiżna fid-dinja tad-divertiment," iddikjara l-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-artist internazzjonali Sam Smith f’Malta għal Summerdaze 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-artist internazzjonali Sam Smith f’Malta għal Summerdaze 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-artist internazzjonali Sam Smith f’Malta għal Summerdaze 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow