Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Iffirmat ftehim għall-protezzjoni u żamma aħjar tal-Fosos tal-Floriana

pr240927
Date Icon 29/05/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi ppresedew għall-iffirmar ta' ftehim li għandu l-għan li jsaħħaħ il-protezzjoni u ż-żamma tal-Fosos tal-Floriana. Dan il-ftehim ġie ffirmat bejn id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni,  l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif il-Fosos ikopru medda ta' kważi għaxart elef metru kwadru, u għalhekk minn dejjem servew ukoll biex jilqgħu avvenimenti tal-massa. “Filwaqt li aħna bħala Gvern nieħdu gost naraw li jittellgħu attivitajiet li jattiraw il-folol, speċjalment meta jkunu ta' natura artistika, fl-istess waqt aħna konxji fuq il-bżonn li tiġi evitata l-possibbiltà ta' ħsara lill-istess Fosos. Għaldaqstant, anke wara laqgħat li saru mal-Kunsill Lokali tal-Floriana, ġie rikonoxxut il-bżonn ta' salvagwardja imtejba għal dan is-sit storiku," qal il-Ministru Owen Bonnici.

Huwa kompla li dan il-ftehim  se jiżgura li, filwaqt li l-ispazju jibqa' jintuża bħal ma dejjem intuża, jittieħdu s-salvagwardji meħtieġa biex jiġu evitati ħsarat. Huwa spjega li se jsir eżerċizzju mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni għal ġbir ta' informazzjoni fuq il-kundizzjoni preżenti tal-Fosos. Din l-informazzjoni se sservi ta' bażi għall-ispezzjonijiet li se jkunu qed isiru qabel u wara kull avveniment li jiġi ppjanat fuq il-Fosos. Huwa faħħar lill-partijiet ta' dan il-ftehim tal-koperazzjoni murija.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif dan il-ftehim se jsarraf f'kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet, il-Kunsill Lokali tal-Floriana u d-Direttorat tar-Restawr biex din il-pjazza bi storja tant twila tkun imħarsa b'mod aħjar. “Dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ proċessi ġa użati sabiex ikun hemm ħarsien aqwa ta' dan l-ispazju tal-Gvern meta jintuża għall-avvenimenti pubbliċi," qal l-Ministru Zrinzo Azzopardi.

“Dan huwa xiedha tat-tisħiħ ta' kollaborazzjoni eqreb bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali. Inħares 'l quddiem biex infasslu kollaborazzjonijiet simili għaż-żamma aħjar ta' wesgħat pubbliċi fejn jsiru avvenimenti tal-massa u spettakli," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi

Il-Fosos fil-Furjana, magħrufa wkoll bħala Pjazza San Publiju, huma sinonimi ma' ħafna ġrajjiet li nisġu partijiet importanti tal-istorja mhux biss Furjaniża imma ta' Malta kollha. Mibnija mill-Kavallieri ta' San Ġwann u użati għall-ħażna tal-qamħ, kienu fundamentali biex jipprovdu l-għajxien ta' ġensna sat-Tieni Gwerra Dinjija. L-importanza storika tagħhom hi rikonoxxuta mill-fatt li huma skedati u għandhom l-ogħla grad ta' protezzjoni li tipprovdi l-liġi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Iffirmat ftehim għall-protezzjoni u żamma aħjar tal-Fosos tal-Floriana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Iffirmat ftehim għall-protezzjoni u żamma aħjar tal-Fosos tal-Floriana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Iffirmat ftehim għall-protezzjoni u żamma aħjar tal-Fosos tal-Floriana
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow