Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Binja tal-Gvern tgħaddi f’idejn l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

pr240925
Date Icon 29/05/2024

L-Awtorità tal-Artijiet u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ffirmaw kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern ittrasferixxa b'titolu għal perjodu ta' 65 sena, proprjetà ġewwa x-Xatt tal-Lascaris il-Belt Valletta, sabiex isservi bħala l-binja ċentrali tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi waqt li ppresjeda għall-iffirmar tal-kuntratt tat-trasferiment.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif dan il-ftehim juri l-impenn ta' dan il-Gvern biex ikompli jgħin lis-soċjetajiet mużikali fil-ħidma volontarja tagħhom fil-komunitajiet lokali. Huwa stqarr li s-sostenn ta' dan il-Gvern sabiex immexxu l-kultura bandistika 'l quddiem ser jibqa' għaddej u l-Gvern se jkompli jkun  ta' għajnuna sabiex tissaħħaħ din il-kultura bandistika  u b'hekk titħares il-festa Maltija li issa ġiet dikjarata bħala wirt dinji mill-UNESCO.

“Nemmen li l-Għaqda Każini tal-Banda għandha rwol importanti biex issostni u ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-għaqdiet u biex tagħraf il-ħtiġijiet tagħhom u titratta d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Dan sabiex tkompli ttejjeb il-livell ta' taħriġ u apprezzament tal-arti mużikali f'pajjiżna," tenna l-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru rrikonoxxa x-xogħol siewi li qed tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet sabiex tkompli tkun ta' sostenn għall-għaqdiet volontarji kif ukoll għall-Kunsilli Lokali biex tkompli tissaħħaħ il-ħidma tagħhom fl-ibliet u l-irħula.

Dr Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda wera l-apprezzament tiegħu għall-appoġġ tal-Gvern biex intlaħaq dan il-ftehim u spjega kif dan huwa mument memorabbli fl-istorja tal-Għaqda fejn issa ser tibda taħdem fuq il-proġett biex il-binja tkun rinovata u tibda sservi għal-iskop tagħha.

“Wasalna s'hawn grazzi għall-impenn tal-Gvern li mill-ewwel għaraf l-importanza li jkollna proprjetà adegwata sabiex l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tkompli tkun l-għaqda tal-għaqdiet billi jkollha ċentru edukattiv għall-mużiċisti kif ukoll ċentru li minnu nistgħu nkomplu nkunu ta' servizz lejn il-komunitajiet," temm jgħid Dr Camilleri.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda twaqqfet fl-1947 bl-għan prinċipali li tħares l-interessi tal-għaqdiet u s-soċjetajiet mużikali kollha. L-għaqda torganizza wkoll sezzjonijiet (masterclasses) ta' taħriġ ta' livell għoli, għall-istudenti tal-mużika.

Il-President tal-Għaqda Dr Noel Camilleri u l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella kienu fost dawk li ffirmaw il-kuntratt tat-trasferiment. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Permanenti Carlos Tabone u uffiċjali mill-kumitati tal-każini tal-baned minn Malta u Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Binja tal-Gvern tgħaddi f’idejn l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Binja tal-Gvern tgħaddi f’idejn l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Binja tal-Gvern tgħaddi f’idejn l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow