Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett ieħor fil-Kottonera – Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu rriġenerat fil-qalba tal-komunità biex jitgawda mill-familji

pr240924
Date Icon 29/05/2024

Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu, żona ta' madwar 9,000 metru kwadru, li għal numru twil ta' snin kienet fi stat ta' abbandun, ġiet irriġenerata fi spazju rikreattiv biex jitgawda mill-familji. Proġett li l-Prim Ministru Robert Abela żar u mbagħad ġie inawgurat propju mill-istudenti tal-iskola Primarja tal-Birgu fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li dan huwa proġett ieħor minn kullana ta' proġetti li l-Gvern qiegħed jimplimenta biex ikompli jżomm mal-wegħda elettorali li jagħti lir-residenti spazji miftuħa li jkunu fil-qalba tal-komunità u viċin fejn jgħixu. Żied jgħid li dan il-ġnien se joffri spazju fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin ta' kwalità mal-għeżież tagħhom. Qal li wara proġetti oħra importanti fil-Kottonera, bħar-riġenerazzjoni tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara, il-Birgu hu post ieħor li qed igawdi minn investiment u proġett ta' kwalità b'enfasi favur in-nies.

“Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna biex ikollna lokalitajiet b'aktar spazji miftuħa li jkunu jistgħu jitgawdew mir-residenti, familji u tfal," qal il-Prim Ministru Robert Abela wara li kellu diskussjoni informali fuq temi differenti mat-tfal fejn ilkoll sostnew li l-ħtieġa ta' aktar spazji miftuħa fil-qalba tal-lokalità mhux biss jagħtu dehra isbaħ iżda jkunu parti mill-ħajja komunitarja tar-residenti. It-tfal kellhom ukoll diversi attivitajiet edukattivi madwar il-ġnien fil-Birgu.

Ix-xogħlijiet f'dan il-proġett irrispettaw l-ambjent eżistenti. F'dan il-ġnien inħolqu diversi żoni ta' rikreazzjoni fosthom post għall-picnics, logħob għat-tfal u anke park għall-klieb. It-tagħmir ġdid f'dan il-ġnien huwa magħmul minn materjal naturali u rriċiklat. Hemm ukoll sistema ta' dwal ġodda li tagħmel użu mill-enerġija solari u tpoġġew kameras tas-sigurtà madwar il-ġnien. Il-proġett sar minn GreenServ, fergħa fi ħdan il-WasteServ li timplimenta proġetti ħodor f'żoni urbani.

Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, li fissret kemm spazji bħal dawn huma importanti għall-komunità. “Huwa ta' sodisfazzjon naraw studenti ta' etajiet varji igawdu minn dan il-ġnien fejn permezz tal-għalliema tagħhom qed ikomplu jsawru l-esperjenza edukattiva tagħhom 'il bogħod mill-ambjent tradizzjonali tal-klassi. Permezz ta' dan il-ġnien qed nerġgħu nagħtu ħajja ġdida lil din iż-żona sabiex inkomplu nipprovdu kwalità ta' ħajja aħjar lir-residenti tal-Kottonera u tal-madwar," saħqet il-Ministru Miriam Dalli.

Preżenti wkoll għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta' WasteServ Richard Bilocca, is-Sindku tal-Birgu, John Boxall u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Nhar is-Sibt li ġej mill-4pm 'il quddiem se tkun qed tiġi organizzata wkoll attività f'dan il-ġnien b'divertiment għall-familja kollha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett ieħor fil-Kottonera – Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu rriġenerat fil-qalba tal-komunità biex jitgawda mill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett ieħor fil-Kottonera – Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu rriġenerat fil-qalba tal-komunità biex jitgawda mill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett ieħor fil-Kottonera – Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu rriġenerat fil-qalba tal-komunità biex jitgawda mill-familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow