Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 5,200 first-time buyer bdew jirċievu l-pagament tal-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin

pr240923
Date Icon 29/05/2024

Din il-ġimgħa timmarka pass importanti fl-impenn kontinwu tal-Gvern biex ikompli jappoġġja lil dawk li jixtru dar għall-ewwel darba. Din il-ġimgħa, 5,200 first-time buyer se jirċievu l-ħlas bħala parti mill-iskema ta' €10,000 fuq 10 snin.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes li qal li din l-inizjattiva tenfasizza d-dedikazzjoni tal-Gvern biex il-homeownership isir realtà għal dawk li ilhom jaspiraw għaliha. Huwa spjega li matul din il-ġimgħa kważi 2,800 first-time buyer li xtara proprjetà fl-2022 se jkunu qegħdin jirċievu t-tieni pagament tagħhom filwaqt li kważi 2,220 first-time buyer se jkunu qegħdin jirċievu l-ewwel għotja ta' €1,000 fis-sena għal-10 snin. Dan ifisser li bejn is-sena li għaddiet u din is-sena, il-Gvern investa aktar minn €7.7 miljun f'din l-iskema.

“L-iskema tal-first-time buyers hija xhieda tal-impenn tagħna li ngħinu aktar familji u żgħażagħ isiru sidien ta' darhom. Billi nipprovdu din l-għajnuna finanzjarja, qed intaffu ftit mill-piżijiet assoċjati sabiex wieħed isir sid ta' daru," stqarr il-Ministru Galdes.

Huwa spjega li din l-għotja hija parti mill-istrateġija ħolistika tal-Gvern biex ikompli jtejjeb is-settur tal-akkomodazzjoni, filwaqt li jħares il-bżonnijiet diversi taċ-ċittadini. “Il-policies tagħna huma mfassla mhux biss biex jappoġġjaw lil dawk fil-bżonn iżda wkoll biex joħolqu opportunitajiet għal kulħadd biex jiksbu stabbiltà u sigurtà fit-tul permezz ta' saqaf diċenti u dinjituż," tenna l-Ministru Galdes.

Il-Ministru Galdes kompla li minbarra din l-għotja, il-Gvern qed jimplimenta diversi miżuri oħra immirati lejn it-tisħiħ ta' dan is-settur bħall-bini ta' housing soċjali u affordabbli, skemi ta' self, u l-benefiċċju tal-kera, kif ukoll li jintroduċi policies li jistabbilizzaw dan is-settur biex ikun żgurat li jibqa' aċċessibbli għal kulħadd.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal, “Huwa ta' sodisfazzjon li għal darb'oħra mexxejna b'suċċess l-iskema tal-First-Time Buyers. L-Awtorità għandha l-impenn li tibqa' ssaħħaħ dawn l-iskemi innovattivi u li dejjem toffri servizzi aktar diġitali u effiċjenti."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 5,200 first-time buyer bdew jirċievu l-pagament tal-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow