Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA ​Il-Final Four tal-Waterpolo Champions League Ewropej tal-irġiel f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju

pr240921
Date Icon 28/05/2024

Għall-ewwel darba fl-istorja, l-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta' Malta (ASA) se tospita l-finali tal-aħħar erba' timijiet (Final Four) tal-Waterpolo Champions League tal-irġiel bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju, fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq.

Malta ntgħażlet wara li l-applikazzjoni li saret mill-ASA kienet tissodisfa r-rekwiżiti kollha ewlenin tal-Federazzjoni Ewropea għall-Isport Akwatiku u għandha l-appoġġ sħiħ tal-Gvern Malti bil-kollaborazzjoni ma' SportMalta u VisitMalta.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li dan huwa riżultat pożittiv ieħor tal-ħidma tal-gvern flimkien mal-assoċjazzjonijiet sportivi. Tenna li l-Gvern kommess li jkompli jgħin lill-isport Malti b'kull mezz biex dan is-settur ikompli jikber.

“Huwa ta' sodisfazzjon li pajjiżna qed ikun magħżul biex isiru avvenimenti internazzjonali sportivi, xhieda tal-professjonalità f'dan is-settur, il-kwalità għolja ta' infrastruttura sportiva li għandna kif ukoll għaliex qed inkunu kkunsidrati li għandna dak kollu li huwa rikjest biex avvenimenti sportivi ta' dan il-livell isiru f'pajjiżna", qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo rrimarka li t-turiżmu sportiv qiegħed jgħin bil-kbir biex inkomplu nattiraw turiżmu ta' kwalità ogħla lejn il-Gżejjer Maltin. “Il-fatt li ser ikollna turnew tal-waterpolo tal-livell internazzjonali jintlagħab f'pajjiżna jġib miegħu numru kbir ta' benefiċċji fosthom atleti u viżitaturi ta' kwalità ogħla kif ukoll viżibilità b'saħħitha tal-Gżejjer Maltin għal kull min isegwi dan l-isport," sostna l-Ministru Clayton Bartolo.

F'dan il-kampjonat, li beda fl-1963, jieħdu sehem l-aqwa timijiet minn madwar l-Ewropa u hija l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża tal-klabbs tal-waterpolo professjonali tal-kontinent. Il-logħob jinkludi żewġ semifinali u żewġ finali.

Il-President tal-ASA Karl Izzo spjega li t-timijiet li qed jikkompetu jinkludu l-Pro Recco (Italja - iċ-champions Ewropej renjanti għat-tielet sena konsekuttiva; Novi Beograd (Serbia) - runners-up fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti; Ferencvaros (Ungerija) - iċ-champions tal-2019; u Olympiacos (Greċja) - darbtejn rebbieħa taċ-Champions League.

Bħala parti mill-avveniment, se jiġi stabbilit villaġġ sportiv fid-daħla tal-Pixxina Nazzjonali biex titjieb l-esperjenza tal-ispettatur. Il-villaġġ se jiftaħ fil-17:00, filwaqt li l-ewwel semifinali tibda fis-19:00 u t-tieni semifinali fid-21:00. It-tielet u r-raba' post u l-finali jintlagħbu fis-7 ta' Ġunju fl-istess ħinijiet.

L-avveniment se jixxandar fuq diversi networks internazzjonali tat-televiżjoni u se jiġi amplifikat permezz ta' impenn qawwi fil-midja soċjali, li jiżgura udjenza Ewropea vasta. Ħames xandara internazzjonali diġà kkonfermaw li se jittrażmettu l-avveniment.

Il-biljetti huma għall-bejgħ mis-sit tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku, www.asaofmalta.eu. Minħabba raġunijiet ta' sigurtà, il-biljetti mhux se jinbiegħu fil-bieb.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA ​Il-Final Four tal-Waterpolo Champions League Ewropej tal-irġiel f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA ​Il-Final Four tal-Waterpolo Champions League Ewropej tal-irġiel f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA ​Il-Final Four tal-Waterpolo Champions League Ewropej tal-irġiel f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA ​Il-Final Four tal-Waterpolo Champions League Ewropej tal-irġiel f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow