Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Librerija pubblika ġdida fil-qalba tal-Qala

pr240919
Date Icon 28/05/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg u l-kunsill lokali inawguraw librerija ġdida fil-Qala. Din il-librerija saret b’investiment finanzjarju mill-Kunsill Lokali tal-Qala u fondi mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. 

Il-Ministru Clint Camilleri qal li proġetti bħal dawn fil-qalba tal-komunità jkomplu jħeġġu t-tagħlim u l-edukazzjoni b’mod partikolari l-qari li tant huwa importanti sabiex it-tfal ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Huwa sostna li l-ministeru kontinwament jgħin lill-kunsilli lokali sabiex jimplimentaw proġetti diversi għall-ġid tal-komunità kollha għaliex dan huwa l-għan tal-Gvern li jkompli jtejjeb l-irħula Għawdxin u Maltin biex igawdu r-residenti. 

Il-Ministru Camilleri appella lill-ġenituri sabiex iħeġġu lit-tfal iżuru l-libreriji li hawn fil-lokalitajiet fosthom din tal-Qala sabiex tkompli titnissel kultura ta’ qari f’pajjiżna.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Qala favur dan il-proġett edukattiv u ta’ tagħlim. Hija qalet li proġetti bħal dawn jikkonfermaw ir-relevanza tal-kunsilli lokali u kemm ħidmiethom hija importanti għall-komunitajiet Għawdxin u Maltin.

"Il-kotba u l-qari huma għodda għal kull individwu, kbir jew żgħir, li jgħinuna nżidu l-għarfien tagħna. Dan il-proġett ta’ librerija ġdida fil-komunità tal-Qala, huwa tassew estensjoni tal-ħidma tal-Gvern li kommess li jżomm l-edukazzjoni u t-tagħlim fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu," spjegat is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Din il-librerija se tkun qed toffri rokna sensorjali għal tfal bl-awtiżmu, sabiex tkun librerija inklussiva u tilqa’ t-tfal kollha bla distinzjoni. Din il-librerija ġiet attrezzata bi rkejjen fejn tfal jistgħu jiltaqgħu biex jaqraw u jaħdmu flimkien, filwaqt li hemm żoni oħra apposta biex isir qari fil-kwiet. Inxtraw ammont ta’ bean bags ikkuluriti biex jagħtu dehra aktar vibranti lil-librerija u għamara ġdida u moderna. Minbarra kotba għat-tfal, inxtraw ukoll numru ta’ kotba għall-adulti. Dan il-proġett tal-librerija kien jinkludi wkoll xogħol ta’ tisbiħ tal-binja. 

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg spjega li l-librerija ser tkun qed toffri wkoll spazju ġdid fejn jistgħu jsiru diversi attivitajiet u laqgħat. “Il-kunsill lokali kommess li jibqa’ jinvesti f’materjal ġdid, għaliex librerija trid tibqa’ taġġornaha bil-kotba,” temm jgħid is-Sur Buttigieg. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Librerija pubblika ġdida fil-qalba tal-Qala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Librerija pubblika ġdida fil-qalba tal-Qala
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow