STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim kollettiv b’benefiċċji akbar għall-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini
Ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn l-Awtorità Maltija għall-Mediċini u l-UĦM li ser ikun qed jara titjieb fil-kundizzjonijiet u s-salarji għall-ħaddiema tal-Awtorità li se jkun fis-seħħ sal-2027.
Il-ftehim kollettiv ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini Prof. Anthony Serracino Inglott u d-Direttur tal-UĦM Voice of the Workers Mario Sacco. L-iffirmar sar fil-preżenza tal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela li qal li l-ftehim il-ġdid se joħloq ambjent aħjar għall-ħaddiema sabiex ikomplu jtejbu s-servizz li jagħtu lill-pubbliku.
“Dan hu ftehim kollettiv importanti għall-ħaddiema tal-Awtorità fosthom spiżjara, xjentisti u ħaddiema amministrattivi, fejn se jara titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema," qal il-Ministru Jo Etienne Abela filwaqt li tenna li dan huwa wieħed minn kullana ta' ftehimiet oħra li ġew konklużi fl-aħħar xhur.
Il-Kap Eżekuttiv Prof. Anthony Serracino Inglott qal, “Permezz ta' dan il-ftehim kollettiv qed nuru apprezzament lejn ix-xogħol siewi li jagħmlu l-ħaddiema tal-Awtorità, fejn parti mill-ħidma tagħhom hija biex jiżguraw li jkun hawn numru ta' mediċini aċċessibbli f'pajjiżna u li jkunu tal-ogħla kwalità."
Il-konklużjoni tan-negozjati bejn il-UĦM u l-Awtorità Maltija għall-Mediċini, bil-kontribut siewi tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u d-Diviżjoni għan-Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jirrifletti dedikazzjoni kollettiva. Dan il-Ftehim Kollettiv ikompli irawwem ambjent tax-xogħol ta' appoġġ u flessibilita li joffri bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-familja.
Il-ftehim il-ġdid jinkludi pakkett finanzjarju mtejjeb flimkien ma' miżuri li jinkludu opportunitajiet kif l-impjegati jistgħu jilħqu il-milja ta' kompetenza mill-aspett ta' edukazzjoni u prattika imsejjsa fuq prinċipji ta' ugwaljanza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926