Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ għodda edukattiva u innovattiva mill-FITA

PR240914
Date Icon 27/05/2024

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda għodda edukattiva ġdida li ġiet iddisinjata mill-Fondazzjoni għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni Aċċessibbli (FITA). Din l-għodda, permezz ta' logħba innovattiva u interattiva, tirrappreżenta pass sinifikanti 'l quddiem fil-qasam tat-teknoloġija edukattiva, imfassla biex taqdi l-ħtiġijiet ta' individwi b'diżabilità u biex tgħin lil dawk li jfittxu li jitgħallmu l-lingwa Maltija.

Ġie spjegat li din il-logħba hija għodda edukattiva oħra li tippromwovi wkoll il-lingwa Maltija. Min ikun qed jilgħab il-logħba jrid jagħżel il-kelma korretta bil-lingwa Maltija li taqbel mal-immaġini li tkun qed tidher, u jingħata risposta immedjata jekk kienetx korretta jew le.

Kompla jiġi spjegat li waħda mill-karatteristiċi ta' din il-logħba hija li tinvolvi għalliema u ġenituri fil-proċess tat-tagħlim. Huma jistgħu jsegwu l-progress tal-individwi li jilgħabu l-logħba, u l-FITA tkun tista' timmodifika l-kategoriji skont il-ħtiġijiet tal-individwu.

L-għan primarju ta' din il-logħba huwa li tappoġġja persuni b'diżabilità, li ħafna drabi jaffaċċjaw sfidi fl-assoċjazzjoni ta' oġġetti mal-kliem. Din il-logħba ħa tipprovdi wkoll esperjenza ta' tagħlim b'mod awdjoviżiv u se tiffaċilita wkoll it-tagħlim tal-lingwa b'mod prattiku.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti faħħar lit-tim tal-FITA għall-inizjattiva u l-ħidma tagħhom biex dan il-proġett jingħata l-ħajja.

“L-impenn tal-FITA biex inħolqot din l-għodda edukattiva inklussiva huwa ta' min ifaħħru. Dan il-proġett jallinja perfettament mal-viżjoni biex titrawwem soċjetà inklużiva fejn kulħadd ikollu l-opportunità li jitgħallem u jirnexxi. Dan il-proġett juri wkoll l-impenn kollettiv lejn l-innovazzjoni, l-inklużjoni, u li jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-individwi kollha, irrispettivament mill-kapaċitajiet tagħhom," temm jgħid is-segretarju parlamentari.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ għodda edukattiva u innovattiva mill-FITA
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ għodda edukattiva u innovattiva mill-FITA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow