Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tisħiħ tad-distribuzzjoni elettrika f’Marsalforn

PR240913
Date Icon 27/05/2024

Matul il-jiem li ġejjin, il-kumpanija Enemalta ser tkun qed twettaq xogħlijiet f'Marsalforn biex mhux biss isaħħaħ id-distribuzzjoni elettriku fiż-żona, iżda tkun qed tipprepara biex fix-xhur suċċessivi, dan ix-xogħol jitkompla.

Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri waqt żjara f'Triq il-Qbajjar, Marsalforn fejn ser isir l-intervent. Il-Ministru Clint Camilleri rrimarka li dan il-proġett estensiv ta' tisħiħ tan-network tal-Enemalta f'Marsalforn, li wara ser ikompli jinfirex f'lokalitajiet oħra fl-akwati, huwa parti minn proġett aktar wiesa li qed taħdem fuqu l-Enemalta f'Għawdex biex tkompli issaħħaħ id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku.

Il-ministru spjega li peress li dan hu proġett ta' ċertu portata u importanza, ser ikun maqsum f'erbgħa fażijiet bil-għan li tonqos l-inkonvenjenza kemm għar-residenti, għan-negozji  kif ukoll għall-viżitatur ta' dan il-villaġġ turistiku.

Il-ministru kompla jispjega li l-ewwel fażi, u li ser tkun lesta qabel jibda l-istaġun tas-sajf, ser tara li jiġi installat cable ġdid tal-elettriku f'parti minn Triq il-Qbajjar b'tul ta' aktar minn 340 metru. Wara li jintemm l-istaġun, il-proġett ser ikompli matul il-medda tat-triq kif ukoll f'toroq oħra fejn l-Enemalta diġà identifikat, fasslet il-pjani neċessarji u aġġudikat l-offerti.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv ta' Enemalta, l-Inġ. Ryan Fava, qal li dan ix-xogħol li ser isir f'Marsalforn huwa parti mit-tisħiħ fid-distribuzzjoni tal-elettriku fil-gżira Għawdxija. Fix-xhur li għaddew, Enemalta, flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, poġġiet cables ġodda ta' 11-il kilovolt ġewwa n-Nadur u x-Xlendi (Munxar) biex b'hekk jipprovdu lil Enemalta b'aktar konnessjonijiet alternattivi li jiffaċilitaw li tingħata lura l-provvista f'inqas ħin, f'każ ta' ħsarat.

Is-Sindku taż-Żebbuġ, li Marsalforn jagħmel parti minnu, Dr Marlene Cini laqgħet b'sodisfazzjon l-aħbar li apparti il-bdil ta' cables tad-dawl mill-Enemalta, din it-triq ser tingħata wiċċ ġdid. Hija awgurat li bit-tkomplija ta' dan il-proġett estensiv wara s-sajf, triq prinċipali f'Marsalforn tkun ingħatat wiċċ ġdid u li tkun tikkumplimenta proġett ferm akbar, dak tal-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twasslek sa' Marsalforn, u dan b'rispett sħiħ lejn l-ambjent taż-żona wara diskussjonijiet li saru ma' diversi għaqdiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tisħiħ tad-distribuzzjoni elettrika f’Marsalforn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tisħiħ tad-distribuzzjoni elettrika f’Marsalforn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow