Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ ta’ żewġ skejjel fil-Ħamrun jintuża mill-komunità

PR240912
Date Icon 27/05/2024

Ġie ffirmat ftehim li se jwassal biex il-komunità tal-Ħamrun tkun tista' tagħmel użu mill-parkeġġ tal-iskola Ex-Liceo Secondary School u Ex-Maria Assumpta Secondary Complex. Il-ftehim mhux se jaffettwa l-użu tal-parkeġġi mill-edukaturi u mill-amministrazzjoni tal-iskejjel u lanqas meta jkun hemm attivitajiet tal-massa organizzati mill-iskejjel.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal, “Dan il-ftehim huwa parti mill-ħidma tagħna li nqarrbu l-edukazzjoni mal-komunità u dan qed nagħmluh b'diversi mezzi. F'kull skola li qed nimmodernizzaw kif ukoll f'dawk li qed nibnu ġodda, fejn huwa possibbli qed niftħu l-faċilitajiet għall-użu tal-komunitajiet rispettivi. Nemmnu li l-ispazji tal-iskejjel għandhom ikunu disponibbli għall-komunità fil-ħin li dawn ma jkunux qed jintużaw għall-edukazzjoni ta' uliedna."

Huwa spjega li fost il-faċilitajiet li hemm disponibbli għall-użu tal-komunità hemm dawk sportivi, swali u spazji oħra. Anke l-parkeġġi tal-vetturi, bħalma qed isir permezz tal-ftehim li ġie ffirmat, il-Ministeru qed jara li dawn ma jkunux spazji vojta fil-ħin li ma jkunux qed jintużaw.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret dan il-ftehim bejn iż-żewġ skejjel u l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Ħamruniżi. Hija qalet li l-ispazji ta' parkeġġ bla ħlas f'lokalità urbana bħall-Ħamrun se jtejjeb b'mod sinifikanti l-konvenjenza għar-residenti.

“Filwaqt li għandi fiduċja li dan il-ftehim se jsarraf f'serħan il-moħħ għal sidien ta' vetturi residenti l-Ħamrun, nappella biex kull min jagħmel użu minn dan il-parkeġġ isegwi r-regoli u l-ħinijiet tal-parkeġġ" saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Il-ftehim jinkludi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġi żgurat li l-parkeġġi jkunu siguri u mnaddfa kif suppost. Is-sigurtà se tkun provduta permezz ta' gwardjani tas-sigurtà u kameras ta' sorveljanza.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun Christian Sammut irringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fit-taħditiet li wasslu għal dan il-ftehim. “Dan il-ftehim se jwassal biex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' parkeġġ għall-komunità tal-Ħamrun u għalhekk il-kunsill huwa grat li ntlaqgħet it-talba tiegħu u li permezz tal-ftehim din il-komunità se tkun moqdija aħjar," qal is-Sur Sammut.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ ta’ żewġ skejjel fil-Ħamrun jintuża mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ ta’ żewġ skejjel fil-Ħamrun jintuża mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ ta’ żewġ skejjel fil-Ħamrun jintuża mill-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow