Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ninvestu fil-Patrimonju Nazzjonali: Fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq

pr240909
Date Icon 27/05/2024

Il-Ministru  għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u  l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri ħabbru li l-koppla u s-saqaf tal-Knisja Parrokkjali ta' Marija Assunta f'Ħal Għaxaq se jiġu rrestawrati permezz ta' għajnuna finanzjarja li se tingħata lil din il-parroċċa.

Ix-xogħol ta' restawr se jkun possibbli permezz ta' għajnuna finanzjarja li tammonta għal €120,000 mogħtija mill-aġenzija Komunità Malta biex jintużaw f'firxa ta' xogħlijiet essenzjali għall-konservazzjoni tal-koppla, li jinkludu restawr tal-aperturi tal-injam, il-waterproofing tal-koppla nnifisha u l-fanal, kif ukoll il-konservazzjoni tal-ġebel innifsu. Il-bażi tal-kisi eżistenti tas-saqaf se jkun wkoll għaddej minn xogħol ta' tiswija.

“Il-Knisja Parrokkjali ddeddikata lil Santa Marija hija meqjusa bħala ikona kulturali u storika fil-komunità u hija rinomata għall-artistrija mill-isbaħ tagħha, inkluż it-tnaqqix tal-ġebel elaborat, affreski u l-istatwa titulari ċelebri ta' Marija Assunta, li fiha nnifisha hija kapulavur artistiku," qal il-Ministru Owen Bonnici.

“Permezz ta' dan l-investiment ġdid, se jippermetti li l-knisja tiġi rrestawrata għax dan hu investiment li jirrifletti l-impenn tagħna biex nippreservaw u nippromwovu l-wirt nazzjonali tagħna. Permezz t'inizjattivi bħal dawn, aħna se nkomplu nwettqu l-wegħda elettorali tagħna li mmexxu 'l quddiem u niċċelebraw l-wirt uniku u l-pajsaġġ kulturali ta' Malta," temm jgħid il-ministru.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Byron Camilleri qal li l-gvern jibqa' impenjat juża l-għodod li għandu biex jinvesti fil-komunitajiet u fil-patrimonju kulturali, għaliex tabilħaqq huwa qrib in-nies.  “L-Agenzija Komunità Malta qiegħda taħdem id f'id mal-komunità, għaliex b'dan ix-xogħol mhux biss ser ikun protett patrimonju kulturali iżda tintuża b'mod reliġjuż kuljum mill-komunità," temm jgħid il-ministru.

Il-finanzjament għar-restawr tal-knisja ta' Ħal Għaxaq sar possibbli bis-saħħa ta' kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u Komunità Malta.

Preżenti kien hemm ukoll Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ninvestu fil-Patrimonju Nazzjonali: Fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ninvestu fil-Patrimonju Nazzjonali: Fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ninvestu fil-Patrimonju Nazzjonali: Fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow