Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ta’ Pjazza Arċipriet Martin Camilleri fin-Nadur

pr240908
Date Icon 27/05/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mal-Kunsill Lokali tan-Nadur, inawgurat proġett ta' riġenerazzjoni u tisbiħ tal-Pjazza Arċipriet Martin Camilleri, magħrufa bħala l-Pjazzetta. Din il-Pjazza, li tinsab wara l-Knisja tan-Nadur, tilqa' fiha diversi attivitajiet kulturali, fosthom il-Wirja Agrarja fi żmien l-Imnarja. Dan il-proġett sar b'investiment ta' madwar €100,000 permezz tal-Iskema għal Proġetti Kapitali ffinanzjata mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-ispazji miftuħa u l-pjazzez fl-irħula huma ta' importanza kbira għal komunità, hekk kif joffru post fejn ir-residenti jistgħu jiltaqgħu u jissoċjalizzaw flimkien, filwaqt li jsostnu l-karatteristiċi uniċi tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.

“Dan il-Gvern kommess li jibqa' jkun ta' sostenn għall-kunsilli lokali sabiex ikunu huma li jidentifikaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u jressqu 'l quddiem proġetti li jindirizzaw dawn il-bżonnijiet bl-aqwa u l-aħjar mod possibbli għall-ġid tar-residenti," saħqet is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Il-proġett ta' din il-Pjazza kien jinkludi l-bini ta' bankini ġodda u sar pavimentar tal-porfido. Saru wkoll kurduni tal-irħam li jikkumplimentaw l-għamara ġdida u inklussiva, li jagħmel il-post wieħed aċċessibbli għal kulħadd. Ġiet installata wkoll sistema ta' dawl ġdida u mas-siġar iddendel dawl sabiex jagħti dehra differenti lil din il-Pjazza.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ta’ Pjazza Arċipriet Martin Camilleri fin-Nadur
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ta’ Pjazza Arċipriet Martin Camilleri fin-Nadur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow