Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Tolfa, f’Għajnsielem

pr240907
Date Icon 27/05/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku Kevin Cauchi u l-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem inawguraw il-proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza Tolfa, f'Għajnsielem li sar permezz ta' fondi mid-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar, Green Canopy minn Ambjent Malta u fondi tal-Kunsill Lokali.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li l-Awtorità tal-Ippjanar iffinanzjat madwar €165,000 mid-Development Planning Fund wara li rċeviet applikazzjoni konġunta minn Eko-Għawdex u mill-Kunsill Lokali biex din il-Pjazza setgħet issir mill-ġdid. Kompla li kemm ir-residenti ta' Għajnsielem kif ukoll kull min iżur din il-lokalità issa jista' jgawdi minn dan l-ispazju miftuħ li fih tħawlu wkoll 15-il siġra.

“Dan huwa eżempju konkret ta' urban greening, ta' kif nistgħu nkomplu ntejbu u nsebbħu l-ambjent tal-lokalitajiet tagħna. Fuq kollox il-pjazez li huma ċ-ċentru tal-irħula tagħna. Nifraħ lill-Kunsill Lokali għax-xogħol li sar u nħeġġeġ aktar Kunsilli sabiex jippreżentaw ideat innovattivi li jissarrfu fi proġetti bħal Pjazza Tolfa li tgawdi minnhom il-komunità," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-pjazez fl-irħula mhux biss huma importanti għan-nisġa soċjali u kulturali fil-komunità, iżda jarrikkixxu l-karatteristiċi uniċi tal-lokalitajiet u huma essenzjali biex iżommu l-irħula ħajjin u vibranti. Hija faħħret l-impenn tal-kunsill lokali ta' Għajnsielem favur proġett ieħor minn sensiela ta' proġetti li l-kunsill lokali wettaq sabiex jindirizza l-bżonnijiet tal-lokalità u tar-residenti.

“Din il-pjazza hija turija ċara ta' kemm dan il-Gvern jemmen fil-kapaċità tal-kunsilli lokali fit-twettiq ta' proġetti lokali. Għaldaqstant, kommessi li nibqgħu nkunu ta' spalla għall-kunsilli lokali u nassistu f'dak kollu meħtieġ sabiex ikomplu jimplimentaw proġetti skont il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Tolfa huwa raħal ġemellat ma' Għajnsielem u fl-okkażjoni tal-20 sena ġemellaġġ inkixef ukoll monument mill-artist Paul Stellini. Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm l-ewwel Sindku ta' Tolfa Alessando Batticlochio u Sindki oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Tolfa, f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Tolfa, f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Tolfa, f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Tolfa, f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow