Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Messaġġ tal-President ta’ Malta lill-poplu

pr240906
Date Icon 25/05/2024

Minkejja l-botti u r-risposti fid-diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, għandu jiġi nnotat, illi t-tnejn li huma għandhom fil komuni (a common thread) f'dawn id-diskorsi.

Fid-diskorsi tagħhom, il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni  ħeġġew lis-segwaċi biex fil-ġranet li ġejjin, ma jaqgħux għal provokazzjoni.

Kull ċittadin huwa liberu li jaġixxi fil-parametri tad-drittijiet mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni. Iżda, is-sens komun u l-galbu jgħidulek illi biex ma taqax għall-provokazzjoni, il-provokazzjoni m'għandekx tfittixha jew agħar, tagħmel jew tirrendi lilek innifsek aġent tagħha.

Għalkemm għandi fiduċja sħiħa fil-kapaċità tal-forzi taż-żamma tal-ordni, l-għaqal jiddetta illi ħadd m'għandu b'xi mod jikkontribwixxi biex titkisser in-normalità tal-ħajja b'sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw.

Ikun fl-interess ta' kulħadd li l-forzi taż-żamma tal-ordni ma jkunux iffaċjati minn sitwazzjonijiet 'il barra min-normalità tax-xogħol tagħhom minn ġurnata għall-oħra.

Nerġa' ntenni l-appell li diġà għamilt xi ġranet ilu illi l-proċessi ġudizzjarji jitħallew jimxu b'mod seren. Il-liġijiet tagħna jiggarantixxu u jissalvagwardjaw id-drittijiet ta' min ikun qiegħed jiġi proċessat. Oltre dan, il-ġudikanti tagħna, tul iż-żmien, apparti l-għarfien profond tal-liġijiet li jħaddmu, taw prova tal-lealtà u r-rispett lejn il-liġijiet ta' pajjiżna u urew li kapaċi jkunu imparzjali.

Pajjiżna huwa l-kollettività taċ-ċittadini lkoll flimkien. Ma għandna nagħmlu xejn li jissarraf fi ħsara għal oħrajn, jew għad-dirittura għall-poplu kollu.

Id-diriġenti taż-żewġ partiti l-kbar, it-tnejn li huma, qegħdin ukoll iħeġġu lill-poplu sabiex fl-elezzjonijiet li ġejjin, dik tal-Kunsilli Lokali u dik tal-Parlament Ewropew, imorru jivvutaw.

Id-demokrazija tibda mill-vot ta' kull ċittadin. Is-saltna tal-poplu timmanifesta ruħha b'mod konkret fl-elezzjonijiet. Iċ-ċittadin, dan id-dritt bażiku u sagrosant m'għandux jarmih. Jekk jagħmel hekk, ikun qed jiddeċiedi għalih ħaddieħor.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow