Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tat-Torri, magħruf bħala ta’ Vendome, f’Marsaxlokk

pr240905
Date Icon 25/05/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar proġett ta' restawr tat-Torri, magħruf bħala ta' Vendome, f'Marsaxlokk. Kif jintemm il-proġett, it-Torri se jgħaddi għand il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk bil-għan li mbagħad jintuża għal skopijiet kulturali marbuta mat-tradizzjonijiet Xlukkajri.

Il-Ministru Bonnici spjega kif dan ir-restawr se jkompli jivvalorizza l-wirt storiku li jinsab fil-lokalitajiet tagħna u li tant hu għal qalb il-familji li jgħixu fil-lokalitajiet rispettivi.

“Dan il-Gvern impenjat li jkompli jwettaq aktar proġetti li jħarsu l-preservazzjoni, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' fortifikazzjoni u postijiet storiċi fuq bażi regolari minn diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru," spjega l-Ministru Bonnici.

Dan it-torri, magħruf bħala ta' Vendome, ta' Qrajten jew Craite, huwa wieħed minn erba' ridotti ta' dan it-tip li kienu nbnew fl-1715/6 mill-Prijur ta' Franza, Philippe de Vendome, li kien insista li hemm bżonn ta' iżjed difiża mal-kosta tal-gżejjer Maltin.  Ir-ridott ta' Vendome huwa l-unika eżempju tat-tip tiegħu li għadu sħiħ sal-ġurnata tal-llum u għalhekk  huwa importanti li jkompli jiġi ppreservat għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Id-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni lesta d-dokumentazzjoni u kiseb il-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar biex isir ix-xogħol meħtieġ. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qiegħda toħroġ sejħa għal-offerti biex b'hekk ikun jista' jsir ix-xogħol neċessarju fuq dan il-wirt uniku.

Preżenti kien hemm is-Sindku Stephen Grech, flimkien ma' diversi membri tal Kunsill lokali ta' Marsaxlokk.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tat-Torri, magħruf bħala ta’ Vendome, f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tat-Torri, magħruf bħala ta’ Vendome, f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tat-Torri, magħruf bħala ta’ Vendome, f’Marsaxlokk
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow