Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Organizzata attività għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja “Give a damn, go vote”

pr240904
Date Icon 25/05/2024

Ilbieraħ filgħaxija ġiet organizzata attività bħala parti mill-kampanja nazzjonali “Give a damn, go vote", fejn laqqgħet numru ta' individwi żgħażagħ involuti fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Il-kampanja qed tittella' bil-għan li tħajjar liż-żgħażagħ jivvotaw fit-8 ta' Ġunju, irrispettivament mit-twemmin politiku tagħhom jew ma' liema partit jappartjenu.

Waqt li kien qed jindirizza l-attività, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti rringrazzja lil dawk kollha li attendew għal dan l-avveniment. Huwa enfasizza fuq l-importanza tal-vot, u ddeskrivieh bħala wieħed mill-aktar għodod b'saħħithom li għandu l-poplu biex jinfluwenza d-deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjitna, il-komunitajiet, u l-futur tagħna. Huwa fakkar li l-elezzjonijiet li ġejjin tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali huma opportunità kruċjali għaż-żgħażagħ biex iħallu l-marka tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti kompla jgħid li meta ż-żgħażagħ jingħaqdu flimkien u jmorru jivvotaw, jibagħtu messaġġ qawwi li jimpurtahom mill-futur tagħhom. Huwa temm billi ħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha biex jivvotaw u biex jinkoraġġixxu lil sħabhom u lill-familji tagħhom biex jagħmlu l-istess.

Il-kampanja “Give a damn, go vote" temmen li kull żagħżugħ jista' jkun katalist għall-bidla. Billi jivvotaw, iż-żgħażagħ jieħdu kontroll tal-futur tagħhom fuq kwistjonijiet bħall-edukazzjoni, l-opportunitajiet tax-xogħol, l-ambjent, u diversi liġijiet li jaffettwaw il-ħajja tagħhom.

L-attività temmet b'appell ċar li l-vot mhuwiex biss dritt imma responsabbiltà u li huwa d-dmir ta'  kulħadd li jipparteċipa fil-proċess demokratiku u jiġi żgurat li l-vuċi ta' kulħadd tinstema'.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Organizzata attività għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja “Give a damn, go vote”
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Organizzata attività għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja “Give a damn, go vote”
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Organizzata attività għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja “Give a damn, go vote”
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Organizzata attività għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja “Give a damn, go vote”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow