Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Konsultazzjoni Preliminari: 13-il proposta sottomessi għal floating solar farms fl-ibħra Maltin

pr240902
Date Icon 25/05/2024

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) irċieva 13-il proposta għall-iżvilupp potenzjali ta' floating solar farms fl-ibħra territorjali Maltin. Is-sottomissjonijiet saru bħala parti mill-konsultazzjoni preliminari (Preliminary Market Consultation - PMC) biex jiġi evalwat is-suq għall-pannelli fotovoltajċi f'wiċċ il-baħar.

Il-PMC jidentifika żona ta' erba' mili nawtiċi 'l bogħod mill-kosta ta' Delimara bħala l-ewwel post fejn possibbilment jista' jkun hemm żvilupp ta' proġetti ta' teknoloġiji solari konnessi mal-grid b'kapaċità ta' 50 megawatt t'enerġija rinnovabbli.

Ir-rispons mill-investituri potenzjali lokali kif ukoll internazzjonali kien wieħed sostanzjali. Dan jirrifletti wkoll il-potenzjal ta' Malta fl-enerġija nadifa. 

“L-interess qawwi mill-investituri jirrifletti l-kredibbiltà li Malta qed tibni fis-settur tal-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli. Il-Gvern diġà qed jinvesti ħafna biex jappoġġja djar u negozji li jixtiequ jinvestu f'enerġija aktar nadifa. Issa, qed nimbuttaw għal-livell li jmiss billi nevalwaw il-potenzjal li niżviluppaw pannelli fotovoltajċi f'wiċċ il-baħar," qalet il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv tar-REWS, Ing. Marjohn Abela, spjega li r-Regolatur issa se jirrevedi s-sottomissjonijiet li waslu. Dan se jsir billi jitwaqqaf kumitat ta' esperti tekniċi biex jevalwa l-proposti sottomessi u skont ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni, ir-Regolatur jista' jitlob aktar kjarifiki mingħand il-proponenti.

“L-għan ta' din il-konsultazzjoni preliminari huwa li jiġi evalwat l-interess tal-investituri u jivvaluta kemm is-suq huwa ppreparat għal proġetti bħal dawn. Dan imur id f'id mal-ħidma li għaddejja sabiex fil-futur toħroġ sejħa għall-offerti kompetittiva," spjega l-Ing. Marjohn Abela.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow