Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-Konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’

pr240898
Date Icon 24/05/2024

Il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono nediet ir-raba' edizzjoni tal-Istħarriġ u l-Konferenza Nazzjonali dwar 'L-Istat tan-Nazzjon', li se ssir fl-20 ta' Ġunju 2024 fil-Palazz Verdala.

Il-President Myriam Spiteri Debono fissret kif l-iskop ta' din il-konferenza huwa li jinħoloq dibattitu informattiv biex ikun jista' jinsilet tagħrif sabiex dak li jipproponu l-mexxejja jkun jista' jiġi msejjes fuq kif il-poplu Malti u Għawdxi, l-aspirazzjonijiet tiegħu, it-tħassib tiegħu u wkoll il-karattru tiegħu qed jinbidlu u jevolvu minn żmien għal żmien.

Il-President irringrazzjat lil Dr Vincent Marmara, statistiku u lettur universitarju, u lis-Sur Lou Bondi, konsulent dwar il-komunikazzjoni strateġika, tal-impenn tagħhom għal din il-konferenza.

Fit-tnedija, Dr Vincent Marmara qal li għal darba oħra, ser nerġgħu nħarsu lejn dak li jiddefinixxi lill-poplu u dak li jinfluwenzah sabiex jifforma l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tiegħu. Huwa stqarr li “din is-sena b'mod partikolari ser inħarsu lejn il-mudell ekonomiku aktar milli minn lenti teknika imma dak li jinfluwenzah. Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-poplu fiċ-ċentru ta' dan kollu li jagħmel dan, bl-għażliet, l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tiegħu".

Dr Marmara kkonkluda billi qal, “qabel ma l-kelliema, il-poplu, u l-esperti jiddiskutu l-istat tan-nazzjon, ser nibdew billi nagħtu stampa ta' min hu l-poplu u dak li jiddefinixxih minn aspett xjentifiku. B'hekk, l-ewwel ser nisimgħu lill-poplu qabel tibda d-diskussjoni".

Min-naħa tiegħu, is-Sur Lou Bondi stqarr li f'pajjiżna u madwarna qed iseħħu bidliet fundamentali u radikali. Bidliet li qed iwelldu realtajiet li għadna rridu nifhmu x'ifissru għalina, biex is-sens ta' min jien u min aħna m'għadux dak li kien ilbieraħ. Huwa żied jgħid li “għalhekk irridu noqogħdu attenti li x'jien ma jibdiex jiddefinixxi min jien".

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-Konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-Konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-Konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-Konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow