Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizzi fil-komunità taħt saqaf wieħed għan-nies

pr240897
Date Icon 24/05/2024

• Il-Prim Ministru Robert Abela jżur Ċentru Vincent Moran f'Raħal Ġdid

Iċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran f'Raħal Ġdid, li se jibda jagħti bosta servizzi fiż-żmien li ġej, huwa eżempju b'saħħtu favur is-servizz ta' kura fil-komunità għan-nies. Fi żjara li l-Prim Ministru Robert Abela għamel flimkien mal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela f'dan iċ-ċentru ta' sitt sulari, li fih se jingħataw servizzi differenti, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) Robert Xuereb, spjega l-ammont ta' servizzi u spazji li hemm biex dan iċ-ċentru jkompli jsaħħaħ is-servizz tas-saħħa.

F'dan iċ-ċentru se jkunu jistgħu jsiru anki operazzjonijiet minn kirurgi u speċjalisti għal pazjenti li jerġgħu jirritornaw lejn djarhom ftit wara l-istess operazzjoni. Iċ-Ċentru, li sar b'investiment ta' fondi pubbliċi u fondi Ewropej li nkisbu mill-Gvern Malti, se jservi għan-nies tan-Nofsinhar tal-pajjiż fejn mistenni jaqdi madwar 130,000 ruħ li jiġu bżonn is-servizzi permezz anki ta' apparat tekniku li se jkun impoġġi fiċ-Ċentru.

Iċ-Ċentru se jkun qed jgħaqqad bosta servizzi taħt saqaf wieħed u jkompli jnaqqas id-dipendenza fuq l-Isptar Mater Dei. F'diskussjoni ma' diversi ħaddiema, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif il-professjonisti u n-nies qed jilqgħu aktar il-viżjoni tal-Gvern għas-settur tas-saħħa billi tingħata aktar enfasi lejn servizzi fil-komunità. Dr Abela nnota wkoll kif f'dan iċ-ċentru anki servizzi għal kura tas-saħħa mentali se jkunu qed jingħataw, bil-ħaddiema jispjegaw aspett ieħor pożittiv li se jibda fiċ-Ċentru msemmi għal Vincent Moran, dak ta' fiżjoterapija u konsulenzi għall-mard tal-qalb, li bħalissa qed jingħata f'Mater Dei iżda issa se jiġi offrut fil-komunità, f'Raħal Ġdid. Servizzi oħra offruti huma dawk għall-kura tas-snien, b'faċilità dentali.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li s-servizzi fil-komunità jibqgħu l-aqwa għodda biex in-nies ikomplu jgħixu aħjar u jkollhom kwalità tal-ħajja. “L-investiment li qed inwettqu f'kull qasam, inkluż tas-saħħa, huwa wieħed li jkompli jappoġġja lin-nies f'kull sitwazzjoni tal-ħajja", spjega l-Prim Ministru.

Il-proġett sar ukoll b'attenzjoni lejn is-sostenibbiltà u ż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, anki dik alternattiva. Fuq il-post hemm ukoll parkeġġ iddedikat għall-vetturi tal-ħaddiema, tal-pazjenti u tar-residenti li jgħixu fl-inħawi taċ-Ċentru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizzi fil-komunità taħt saqaf wieħed għan-nies
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizzi fil-komunità taħt saqaf wieħed għan-nies
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizzi fil-komunità taħt saqaf wieħed għan-nies
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow