Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Jingħata bidu għall-MARE Summit

pr240893
Date Icon 23/05/2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ta bidu għall-MARE Summit – jumejn ta' attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta' industriji tal-kostruzzjoni u l-proprjetà kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru Attard qal, “Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru f'dan is-Summit permezz tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol huwa pass importanti biex inkomplu nsaħħu d-djalogu f'dan is-settur li għaddej minn proċess riformattiv."

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Attard ta rendikont tal-progress li qed isir fil-programm ta' ħidma tal-gvern f'dan is-settur inkluż bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika.

Il-Ministru Attard ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin ser jiskatta proċess ta' awditjar fuq l-operat tal-awtoritajiet biex jissaħħaħ l-istrutturar tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u dik tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

Paripassu ma' dan il-proċess, ġie maħluq Direttorat fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-ġustizzja u r-riforma tas-settur tal-kostruzzjoni. Dan id-Direttorat se jkollu l-għan li jassigura li jkun hemm kontinwità, sinerġija u koordinazzjoni bejn l-istakeholders differenti, kemm fuq livell intra-ministerjali kif ukoll fuq livell inter-ministerjali.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar ir-ristrutturar li jinsab għaddej fl-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fejn fost l-oħrajn fl-aħħar ġimgħat ġie maħtur Aġent Kap Eżekuttiv Ġdid u ġie rikompost il-bord tal-istess awtorità.

Il-Ministru faħħar ukoll il-ħidma li tinsab għaddejja fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u reġa' tenna l-impenn tal-wegħda tal-gvern li sas-sajf ikollna liġi ġdida dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Prijorità oħra importanti, li tħabbret ukoll mill-Prim Ministru waqt il-pubblikazzjoni tal-Inkjesta ta' Sofia, hija l-estensjoni tar-rwol tal-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-uffiċċju tal-Ombudsman, li se jinkorpora l-kostruzzjoni. Tenna li din mhix biss bidla fl-isem iżda espansjoni tal-mandat biex kull individwu aggravat ikollu rikors aktar effettiv permezz tal-ombudsman.

Wara d-diskors tal-ftuħ, l-awtoritajiet fi ħdan il-Ministeru mexxew diskussjoni bit-tema 'Is-Sigurtà f'siti ta' Kostruzzjoni'. F'din id-diskussjoni ġew innutati ċerti nuqqasijiet li jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet kif ukoll ingħatat informazzjoni dwar kif it-terzi jistgħu jaġixxu biex iħarsu l-interessi tagħhom f'dawn iċ-ċirkostanzi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Jingħata bidu għall-MARE Summit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Jingħata bidu għall-MARE Summit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Jingħata bidu għall-MARE Summit
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow