Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Summer School u Bootcamps dwar teknoloġija innovattiva matul is-sajf

pr240891
Date Icon 23/05/2024

Matul is-sajf li ġej se jerġgħu jiġu organizzati żewġ summer schools u żewġ bootcamps fejn l-istudenti se jkunu qegħdin jitgħallmu b'mod interattiv prinċipji importanti fit-teknoloġija innovattiva. 

Is-Summer School “Future Innovators" se ssir fl-MCAST f'Raħal Ġdid bejn Lulju u Settembru għall-istudenti ta' bejn id-disa' sena u l-ħdax-il sena skolastika. Fost oħrajn se tgħin lill-istudenti fl-abbiltajiet tagħhom kreattivi fejn jidħlu intelliġenza artifiċjali u innovazzjoni diġitali u se jitgħallmu fost oħrajn fuq coding, blockchain, metaverse, 3D printing u cybersecurity. Se tkun organizzata wkoll il-“Future Innovators Summer School Plus", li hija miftuħa biss għal min attenda l-“Future Innovators Summer School" tas-sena l-oħra.

Il-Bootcamps, “Tech Trek – A Teen Tech Adventure" u “xPloring Intelligence – a Bootcamp on Us and Tech", se jsiru fil-Fakultà tal-ICT fl-Università ta' Malta, f'Lulju u Settembru rispettivament, għall-istudenti ta' bejn is-seba' sena u t-tmien sena skolastika.

Dawn il-bootcamps se jkunu immirati biex iħajru lill-istudenti jagħżlu suġġetti relatati mat-teknoloġija u kif din tista' tgħinna nilħqu l-miri tagħna.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri rringrazzja lill-MDIA, eSkills Malta Foundation u Tech.mt li ħadmu flimkien fuq dawn l-inizjattivi, kif ukoll lill-MCAST u l-Università ta' Malta tal-kollaborazzjoni tagħhom.

“Fi żjarat li nagħmel b'mod regolari f'kumpaniji varji dejjem nisma' l-istess problema, il-bżonn li jkollna aktar studenti, ħaddiema futuri mħarrġa f'suġġetti STEM. Dawn it-tip ta' inizjattivi jgħinu biex inħajru lit-tfal tagħna jersqu aktar lejn dawn is-suġġetti fejn ikunu jistgħu jifhmu kif jaħdmu u fejn jistgħu jmorru b'dawn is-suġġetti fil-futur tagħhom," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv ta' MDIA Kenneth Brincat qal, “Ir-rispons li kien hemm għall-ewwel edizzjoni tas-Summer School u l-Bootcamp wera kemm hawn interess kbir fuq it-teknoloġija innovattiva. Bħala Awtorità nemmnu li permezz ta' kollaborazzjoni nistgħu nsibu modi ġodda kif it-tfal u żgħażagħ jitrawmu fl-użu tat-teknoloġija innovattiva b'mod sigur. Jibqa' kruċjali li nibdew minn età bikrija fejn tidħol l-adozzjoni tat-teknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà."

Carmel Cachia, Amministratur Ewlieni tal-eSkills Malta Foundation, qal, “L-ebda pajjiż ma jista' jmexxi b'suċċess mingħajr livell għoli ta' ħiliet diġitali. Il-kompetenzi fit-Teknoloġiji Emerġenti saru essenzjali, u huwa ta' importanza kbira li ż-żgħażagħ ikunu mgħammra b'dawn il-ħiliet biex jirnexxu fil-karriera tagħhom." Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-kollaborazzjoni f'din l-inizjattiva mal-MDIA żdiedet iktar din is-sena.

Aktar informazzjoni fuq dawn l-inizjattivi tista' tinkiseb minn:

https://www.mdia.gov.mt/schemes/future-innovators-summer-school-3/

https://www.mdia.gov.mt/schemes/um-bootcamps/

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Summer School u Bootcamps dwar teknoloġija innovattiva matul is-sajf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow