Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tal-Marsa Tram Power Station

pr240890
Date Icon 23/05/2024

La jitlesta l-proġett, il-Kunsill Lokali tal-Marsa se juża dan l-ispazju għal għanijiet kulturali u kreattivi

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ħabbru proġett ta' restawr tal-Marsa Tram Power Station, bil-għan li kif jintemm dan ir-restawr il-binja tibda tintuża mill-Kunsill Lokali tal-Marsa bħala post kulturali u kreattiv.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif b'investiment ta' €1 miljun il-Gvern se jkun qed jirrestawra l-Marsa Tram Power Station biex isservi ta' monument arkitettoniku u mafkar tal-wirt industrijali tal-Marsa u ta' pajjiżna. 

“Dan l-ispazju, bħalissa mitluf, ser jingħata lura lill-komunità tal-Marsa u l-poplu Malti u Għawdxi mhux biss bħala mużew li jesponi l-istorja tat-tramm f'Malta iżda wkoll biex jintuża bħala ċentru artistiku u kulturali. Dan hu eżempju ieħor ta' kif bis-saħħa tal-arti jinħolqu spazji pubbliċi ġodda li jingħataw lill-pubbliku għat-tgawdija ta' kulħadd u tas-settur kreattiv," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li filwaqt li l-poplu tal-Marsa se jkollu post storiku rrestawrat, dan il-post ser ikun qed jintuża wkoll għar-rikreazzjoni sabiex jittellgħu attivitajiet kulturali u artistiċi fih. Hija qalet li bl-investiment tal-Gvern dan il-post se jerġa' jieħu l-ħajja.

“Bħala Gvern se nkomplu nkunu ta' spalla mal-Kunsilli Lokali sabiex ikollhom ċentri bħal dawn fil-lokalitajiet tagħhom u li minnhom mhux biss tgawdi l-komunità rispettiva iżda wkoll il-poplu kollu," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Sindku tal-Kunsill tal-Marsa Josef Azzopardi qal li grazzi għar-restawr li se jsir se tiġi salvata l-binja tat-tramm. “Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta' restawr li l-Kunsill imbotta 'l quddiem fil-Marsa. Fil-fatt sar ir-restawr tal-Knisja ta' Ċejlu, il-faċċata tal-biċċerija, il-faċċata tal-knisja ta' Marija Reġina u bħalissa għaddej ukoll ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja tat-Trinità. Ġaladarba din il-binja tiġi rrestawrata se tgħaddi għand il-Kunsill biex tintuża għall-ġid tar-residenti."

Ix-xogħol se jinkludi rikostruzzjoni tal-boiler house u tas-saqaf tal-engine room fuq il-pjanti oriġinali, restawr tal-ħitan u l-blajjet tat-twieqi u l-bibien u r-restawr tal-aperturi tal-injam u l-ħadid.

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, din iż-żona fil-Marsa kienet intgħażlet biex isservi bħala l-Malta Tram Depot. Kien inbena maħżen fejn kienu jinżammu l-karrijiet tat-tramm u jsiru t-tiswijiet meħtieġa u maġenbu nbniet l-engine house u l-boiler room li kienu jiġġeneraw l-elettriku meħtieġ. Is-servizz tat-tramm f'Malta ġie inawgurat fl-1905 b'numru ta' kabini tat-tramm jitilqu proprju minn dan id-Depot fil-Marsa u jagħmlu triqthom lejn il-Belt.

Preżenti kien hemm ukoll diversi membri tal-Kunsill Lokali tal-Marsa u kif ukoll rappreżentanti tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tal-Marsa Tram Power Station
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tal-Marsa Tram Power Station
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tal-Marsa Tram Power Station
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-proġett ta’ restawr tal-Marsa Tram Power Station
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow