Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Iktar Appoġġ lill-Familji b’Ulied Jistudjaw

PR240888
Date Icon 23/05/2024

• Fi tmiem din il-ġimgħa tibda titħaddem il-miżura ta' għotja ta' €1,500 fuq tliet snin għall-ġenituri bi tfal li qed ikomplu bl-istudji wara l-edukazzjoni obbligatorja

Fi tmiem din il-ġimgħa l-ġenituri ta' madwar 9,600 familja u 10,500 student li baqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja se jibdew jirċievu għotja ta' €500 fis-sena sa massimu ta' tliet snin, b'totall massimu ta' €1,500. Fil-każ li studenti jgħixu għal rashom, il-pagament jasal għand l-istudent. Kien il-Prim Ministru Robert Abela li f'konferenza tal-aħbarijiet fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela, il-Junior College, ħabbar l-implimentazzjoni ta' din il-miżura mwiegħda fil-manifest u llum huwa l-programm ta' ħidma 'Malta Flimkien'.

Il-Prim Ministru Robert Abela fisser kif din hi miżura li tgħin lill-familji kollha iżda hi miżura li tasal aktar għand familji middle-class. Qal li din hi miżura li trid tidħol fit-tessut soċjali ta' pajjiżna bħalma daħlu miżuri oħra bħaċ-childcare b'xejn u ċ-children's allowance. “Is-sinjal tal-Gvern hu ċar. Investu fl-edukazzjoni ta' uliedkom u l-Gvern se jkun magħkom," saħaq il-Prim Ministru.

Dr Abela qal li l-edukazzjoni tibqa' ċ-ċavetta biex iktar persuni jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u s-settur edukattiv huwa wieħed mill-ħames pilastri tal-viżjoni ekonomika tal-Gvern, li kien hu wkoll li saħħaħ l-istipendji. Il-Prim Ministru Robert Abela, li kien għadu kemm kellu laqgħat mal-istudenti fil-Junior College, qal li mill-istudenti nnota kif l-edukazzjoni post-sekondarja u lil hinn minnha tagħti sodisfazzjon u l-Gvern kommess li jkompli jinċentiva dik l-esperjenza. Huwa għalhekk li saħaq kif irridu nibqgħu ta' spalla għall-familji fl-ewwel parti tal-kors tal-vjaġġ edukattiv post-sekondarju f'dik li fissirha bħala għotja estiża taċ-children's allowance.

Il-miżura mħabbra u li se tibda taħdem għall-ewwel darba se jgawdu minnha dawk l-istudenti li jattendu f'korsijiet full-time jew ikkunsidrati full-time u ma hemmx testijiet tal-mezzi għaliha. Aktar minn 800 familja minnhom se jieħdu ħlas għal aktar minn wild wieħed u l-ħlas jirċevuh foster parents u ġenituri adottivi. Skont il-Budget 2024 kellhom jibbenefikaw dawk bi tfal bejn 16 u 19-il sena li jkunu jistudjaw u jieħdu ħlas sa €500 kull sena sa massimu ta' tliet snin iżda l-miżura twessgħet u ġew ikkunsidrati sitwazzjonijiet ta' studenti li jew ikunu irrepetew sena sekondarja, jew ikunu ħadu 'gap year', jew minħabba sitwazzjonijiet ta' mard jew ċirkostanzi oħra, u allura jibdew l-istudji post-sekondarji tagħhom aktar tard. Fil-fatt il-kriterji twessgħu sabiex kull min meta tkun bdiet is-sena skolastika u ma jkunx għalaq 20 sena, jibbenefika wkoll.

Jekk l-istudent ikun jattendi kors ta' studju post-sekondarju f'istituzzjoni edukattiva tal-Gvern ma hemmx għalfejn issir applikazzjoni. L-informazzjoni qed tinġabar u tiġi pproċessata b'mod awtomatizzat. Studenti li ma jkunux jattendu f'istituzzjoni edukattiva tal-Gvern iżda f'istituzzjoni edukattiva għolja li tkun rikonoxxuta mill-Awtorità Maltija tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), ukoll jistgħu jibbenefikaw billi jimlew dikjarazzjoni fuq is-sit tas-Sigurtà Soċjali.

Intant fit-tħabbira ta' din il-miżura tkellmu wkoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima. Il-Ministru Falzon qal li t-tħabbira tal-lum hija ħolqa oħra minn katina ta' miżuri soċjali li jkomplu jkunu ta' sostenn għall-familji tagħna. “Nemmnu li rridu nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja. Dan nagħmluh, għax qrib in-nies, u nifhmu sew il-ħtiġijiet tagħhom. Kien għalhekk li sawwarna pakkett ta' miżuri verament dehen ta' Gvern b'ruħ soċjali u li se jitnaqqax fl-istorja soċjali tal-pajjiż," qal il-Ministru Michael Falzon. Il-Ministru Grima tkellem dwar l-għajnuna li qed jingħataw l-istudenti u l-familji tagħhom fi żmien delikat meta jkunu qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom, li hija l-pedament għall-futur mhux biss tagħhom, imma tal-pajjiż. “Dan il-Gvern minn dejjem emmen u investa fir-riżors uman, l-aqwa riżors li għandu l-pajjiż. Huwa għalhekk li dan l-investiment naraw li jibda minn kmieni, waqt il-perkors tal-istudent fl-edukazzjoni fuq il-bankijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna. Matul dawn l-aħħar snin, mhux biss daħħalna miżuri, żidna l-istipendji, qed nagħtu opportunitajiet ta' scholarships u grants, saħħaħna Skema 9, imma wkoll implimentajna inċentivi biex nagħtu sostenn lill-istudent, u l-familja tiegħu, fosthom ir-riforma fl-Istipendji Preskritti u ta' Prijorità Għolja fl-Università ta' Malta u l-MCAST," spjega l-Ministru Grima.

PR240888e.pdf

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Iktar Appoġġ lill-Familji b’Ulied Jistudjaw
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Iktar Appoġġ lill-Familji b’Ulied Jistudjaw
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Iktar Appoġġ lill-Familji b’Ulied Jistudjaw
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Iktar Appoġġ lill-Familji b’Ulied Jistudjaw
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow