Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-proġetti li se jgawdu minn fondi permezz tal-iskema ta’ għajnuna għall-festi Maltin

pr240886
Date Icon 23/05/2024

Rekord ta' 84 proġett se jirċievu total ta' €820,000 f'finanzjament

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-lista ta' applikanti rebbieħa tal-Iskema tal-Wirt Artistiku li qed tagħti għajnuna u sostenn finanzjarju lill-festi Maltin u Għawdxin. B'kollox minn din l-iskema se jibbenefikaw rekord ta' 84 proġett b'total ta' €820,000 f'investiment f'dan l-aspett tant importanti tal-kultura u tal-wirt intanġibbli Malti li issa għandu wkoll rikonoxximent internazzjonali bħala Wirt Intanġibbli Dinji tal-UNESCO.

Il-finanzjament se jkun immirat lejn proġetti marbuta ma' tisħiħ ta' xogħol kulturali magħmul mis-soċjetajiet mużikali Maltin, żieda ta' miżuri ta' saħħa u s-sigurtà fil-Kmamar tan-Nar li jaħdmu fuq bażi volontarja, u finanzjament ta' proġetti artistiċi marbuta mat-tiżjin fil-festi.

“Fis-snin li għaddew rajna żieda bla preċedent fl-investiment tal-Gvern fis-setturi kreattivi. Dan l-investiment ġie mmexxi mill-prinċipji tas-sostenibbiltà u l-inklussività, li jiffurmaw is-sinsla tal-arti. Il-wirt artistiku tagħna marbut mal-festi Maltin huwa wkoll parti intrinsika tal-identità kulturali li trid tingħata l-opportunità u r-riżorsi biex tiffjorixxi," qal il-Ministru Bonnici.

“Issa mhux talli wettaqna l-wegħda elettorali tagħna biex niżguraw l-iżvilupp fit-tul ta' dan is-settur, iżda morna lil hinn minn hekk. Il-proġetti li ntgħażlu huma prova tal-importanza li nagħtu lill-pajsaġġ kulturali u l-wirt Malti, hekk kif inkomplu nwettqu l-impenn tagħna lejn il-mijiet kbar ta' voluntiera li jagħtu tant ħin fil-każini tal-banda, fil-kmamar tan-nar, u fl-assoċjazzjonijiet tal-festa sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu filwaqt li jwittu t-triq għal ġenerazzjonijiet futuri," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Id-Direttur tal-Fondi u Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti Mary Anne Cauchi stqarret li din l-iskema hija konformi mal-Istrateġija tal-Kunsill sabiex ikompli jissaħħaħ il-wirt kulturali u dawk il-forom t'arti li jagħmlu l-pajsaġġ kulturali Malti wieħed uniku.

“Dawn it-tradizzjonijiet li qed jiġu appoġġjati mill-Iskema tal-Wirt Artistiku jiffurmaw parti importanti minn dan il-pajsaġġ kulturali, u din se tiżgura li l-każini tal-banda, il-kmamar tan-nar, u l-assoċjazzjonijiet tal-festa jgawdu l-appoġġ neċessarju li jiżgura li jibqgħu jevolvu u jikkontribwixxu għall-identità unika tal-komunitajiet tagħna. Inizjattivi bħal dawn isaħħu l-isforzi tagħna biex nissalvagwardjaw u nippromwovu d-diversità tal-espressjoni artistika u kulturali ta' Malta, li twassal għal riġenerazzjoni, kreattività, u innovazzjoni msejsa fuq il-wirt kulturali," temmet tgħid is-Sa Cauchi.

Għar-riżultati u aktar dettalji dwar l-Iskema tal-Wirt Artistiku u opportunitajiet ta' finanzjament oħra, wieħed jista' jżur https://artscouncil.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-proġetti li se jgawdu minn fondi permezz tal-iskema ta’ għajnuna għall-festi Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-proġetti li se jgawdu minn fondi permezz tal-iskema ta’ għajnuna għall-festi Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-proġetti li se jgawdu minn fondi permezz tal-iskema ta’ għajnuna għall-festi Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-proġetti li se jgawdu minn fondi permezz tal-iskema ta’ għajnuna għall-festi Maltin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow