Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Imħallef Ramona Frendo tinħatar formalment fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

PR240885
Date Icon 23/05/2024

Il-kandidata Maltija biex isservi fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Dr Ramona Frendo, instabet li tissodisfa l-kwalifiki meħtieġa, minn panel ta' mħallfin minn 7 pajjiżi, skont kif titlob il-liġi tal-Unjoni Ewropea biex isservi bħala Imħallef fuq din il-Qorti.

Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata l-Erbgħa mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tas-27 Stat Membru, li ltaqgħet f'Brussell.

Dr Ramona Frendo ilha mill-2019 isservi bħala mħallef fuq il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha 22 sena fil-prattika legali f'oqsma li jvarjaw minn litigazzjoni f'materji ta' natura Ċivili; Kummerċjali; Kriminali; u fl-oqsma tal-Assigurazzjoni; tal-Liġi tal-Familja; u dik Industrijali. Hija ħadet il-formazzjoni u t-taħriġ akkademiku tagħha mill-Università ta' Malta, mill-Università ta' Cambridge u fl-aħħar nett ukoll minn Kings College London. Hija serviet bħala konsulent f'diversi fergħat tal-liġi nazzjonali u serviet ukoll fil-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern jemmen li bl-istess mod li Dr Frendo wriet il-ħiliet tagħha fil-kariga ta' mħallef fuq il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, se turi l-kapaċitajiet tagħha fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern jirringrazzja lill-Imħallef Peter G. Xuereb għas-servizz tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Imħallef Ramona Frendo tinħatar formalment fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow