Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 20 nutara ġodda ngħataw l-warrant

pr240884
Date Icon 22/05/2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta l-warrant lil 20 nutara ġodda wara li dawn urew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni notarili

“Fl-aħħar snin, il-professjoni tan-nutara mhux biss żdiedet fl-importanza tagħha, iżda wkoll żdiedet ir-responsabilità li se tkunu qed iġorru tul ħajjitkom fis-servizz li se tkunu qegħdin tagħtu. Fil-fatt, din il-professjoni, illum teħtieġ preparazzjoni akkademika, ġuridika u fiskali tajba ħafna," tenna l-Ministru Attard.

Il-Ministru Attard spjega l-ħidma li qed issir fuq il-proċess tad-diġitalizzazjoni li għaddej b'ritmu tajjeb, fejn permezz tal-iscanning qed jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-dokumenti u l-kuntratti biex b'hekk il-professjoni qed titressaq aktar viċin tan-nies. Innota li din il-ħidma kienet apprezzata wkoll mill-pubbliku fl-EXPO mtella' l-ġimgħa li għaddiet mis-Servizz Pubbliku fi stand li kellu l-Ministeru. Huwa rrefera wkoll għad-djalogu tajjeb li hemm mal-Kunsill Notarili, bil-għan li jitkompla it-tisħiħ tal-professjoni, kemm minn aspett infrastrutturali kif ukoll mill-att leġiżlattiv.

In-Nutar tal-Gvern Dr Keith German innota li fil-preżent hawn 495 nutar u li 63 fil-mija tagħhom huma nisa. Huwa saħaq li l-ħtieġa li persuna tirrikorri għand nutar qiegħda ssir aktar importanti u għalhekk dawn in-nutara ġodda jawguraw tajjeb għad-domanda li qiegħda dejjem tiżdied biex anke tiżdied l-effiċjenza fis-servizz.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Johan Galea, l-Avukat Ġenerali  Dr Victoria Buttigieg u l-President tal-Kunsill Notarili Dr Roland Wadge.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 20 nutara ġodda ngħataw l-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 20 nutara ġodda ngħataw l-warrant
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow