Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar miżuri u għajnuniet għall-ħarsien ta’ qtates stray

pr240882
Date Icon 22/05/2024

Fil-jiem li ġejjin se jidħlu fis-seħħ regolamenti għall-persuni li jitimgħu qtates stray - Cat Feeders Regulations 2024. Dan tħabbar mill-Ministru Anton Refalo, flimkien mas-Segretarji Parlamentari Alicia Bugeja Said u Alison Zerafa Civelli.

Dawn ir-regolamenti huma pass 'il quddiem biex tiġi rikonoxxuta u appoġġjata l-ħidma tal-persuni li jitimgħu lill-qtates madwar il-pajjiż. Ir-regolamenti se jistabbilixxu wkoll li jkun hemm reġistru għal persuni li jitimgħu lil dawn il-qtates li se jinżamm mill-kunsilli lokali. Dan ir-reġistru se jiġi aġġornat kull sitt xhur u jintbagħat lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Flimkien ma' dawn ir-regolamenti ġiet varata skema ta' vouchers sabiex ittaffi ftit mill-piż finanzjarju li jkollhom il-cat feeders. B'allokazzjoni ta' €350,000 għal din l-iskema, se jkunu qed jitqassmu vouchers lill-cat feeders li jistgħu jissarrfu f'ikel niexef (dry food) għall-qtates minn lista ta' fornituri approvati.

Il-Ministru Anton Refalo sostna li r-Regolamenti flimkien mal-iskema ta' vouchers ikomplu jirriflettu l-impenn tal-gvern biex ikun hemm aktar ħarsien tal-annimali, f'dan il-każ ta' qtates stray. “Qed nirrikonoxxu u nirregolaw il-kontribut ta' mijiet ta' voluntiera li jitimgħu lill-qtates stray u fl-istess waqt qed nagħtuhom għajnuna finanzjarja, permezz ta' fondi nazzjonali, biex ikomplu jitimgħu lil dawn il-qtates. Dan ikompli juri l-impenn tagħna li nkomplu ngħinu lil min verament jagħti kontribut lis-soċjetà," temm jgħid il-Ministru Refalo.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet, “Din l-iskema għall-cat feeders hija pass importanti 'l quddiem biex nappoġġjaw lil dawk li jiddedikaw ħinhom u r-riżorsi tagħhom biex jieħdu ħsieb il-qtates stray. Permezz ta' dawn il-vouchers qed niżguraw ukoll li dawn l-annimali jirċievu n-nutrizzjoni li għandhom bżonn u fl-istess waqt intaffu ftit mill-piżijiet finanzjarji ta' min jitmagħhom. Ħa nkomplu naħdmu biex niżguraw li kull annimal ikollu trattament xieraq u aktar drittijiet kif mistħoqq."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli stqarret li huwa ta' sodisfazzjon li tara li l-kunsilli lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom fil-kura tal-qtates li jgħixu fit-toroq u l-ispazji miftuħa fil-lokalitajiet. Hija ħeġġet għal koperazzjoni bejn il-cat feeders u l-kunsilli lokali favur l-interess tal-qtates stray.

Ir-reġistrazzjoni tal-cat feeders tista' ssir fil-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex sal-aħħar ta' Lulju 2024.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar miżuri u għajnuniet għall-ħarsien ta’ qtates stray
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar miżuri u għajnuniet għall-ħarsien ta’ qtates stray
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar miżuri u għajnuniet għall-ħarsien ta’ qtates stray
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow