Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Ġustizzja mal-vittmi tat-Thalidomide

pr240880
Date Icon 22/05/2024


Madwar miljun ewro f'kumpens lil 25 persuna

Tqassam l-ewwel pagament minn kważi miljun ewro f'kumpens lil 25 persuna li ġew ikkonfermati li qed isofru xi forma ta' diżabilità wara t-teħid tal-mediċina Thalidomide.

Dan ħabbritu l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Gvern kien beda proċess ta' evalwazzjoni rigoruż biex jevalwa t-talbiet għal kumpens minn dawk milquta. Din l-evalwazzjoni saret minn bord mediku indipendenti, fejn intlaqgħu  40 applikazzjoni. Minn dawn l-40 applikazzjoni rriżulta li huma 25 li d-diżabilità tagħhom hija kawża tat-teħid tal-pillola Thalidomide.

Il-Gvern ħa d-deċiżjoni li jħaffef il-pagamenti u jiżgura li l-kumpens finanzjarju jasal għand il-vittmi b'mod aktar spedit, tant li l-pagamenti se jkunu issa qed jitqassmu fuq medda ta' 3 snin, minflok 7 snin, bl-ewwel pagament maħruġ din is-sena, bit-tieni u t-tielet pagament jitħallsu fl-2025 u l-2026 rispettivament. Din id-deċiżjoni turi l-impenn tal-Gvern li jagħmel ġustizzja mill-aktar fis mal-vittmi tat-Thalidomide.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif għal darb'oħra dan il-Gvern irrimedja inġustizzja u li permezz ta' din l-iskema saret ġustizzja minkejja l-weġgħat tal-passat. “Smajna u fhimna l-messaġġ ta' dawn il-vittmi. Minkejja l-fatt li xejn ma joqgħod ħdejn is-saħħa tal-bniedem, dan il-kumpens se joffri ġustizzja lil dawn il-vittmi li batew biżżejjed, għal żmien twil," temmet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli.

Dan il-kumpens ta' darba ex gratia nħadem fuq formula li tieħu f'kunsiderazzjoni fost oħrajn il-persentaġġ tad-diżabilità u l-età tal-persuna fil-preżent. Ġie spjegat kif l-inqas ammont li se jingħata huwa ta' €22,537 filwaqt li l-ogħla ammont huwa ta'  €68,815.

Lura fis-snin sittin, il-pillola tat-Thalidomide kienet normalment preskritta lil nisa tqal li kienu jbatu mill-morning sickness. Minkejja li fl-1961 din il-pillola kienet ġiet projbita fuq livell internazzjonali, din baqgħet disponibbli f'Malta sal-1968. Din il-pillola kienet il-kaġun ta' numru ta' korrimenti waqt it-tqala u tfal li twieldu b'deformitajiet.

Preżenti waqt il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Nancy Caruana u l-25 persuna li kkwalifikaw għall-kumpens fejn irċevew l-ewwel ħlas dovut lilhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow