Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 1 ta’ Ġunju 2024

pr240879
Date Icon 22/05/2024

Dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument/i għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li dawn għandhom jassiguraw  li dawn id-dokument/i għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa  mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, is-27 ta’ Mejju, 2024. Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u l-verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paul iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, 2024, f’din ir-residenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow