Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbra riforma fil-kura tas-saħħa mentali

pr240868
Date Icon 20/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar riforma fil-kura tas-saħħa mentali li se tkun maqsuma fi tliet fażijiet.

Il-ministru spjega li ilhom għaddejjin diskussjonijiet ma' stakeholders dwar is-settur tal-kura tas-saħħa mentali, inkluż mal-unjins li jirrappreżentaw lill-ħaddiema f'pajjiżna, b'dawn id-diskussjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom fil-ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali.

Il-Ministru Abela ħabbar li matul it-tliet snin li ġejjin se tkun qed tiġi implimentata l-phasing out tal-Isptar Monte Karmeli. Dan sabiex tkompli tonqos l-istigma assoċjata mal-istituzzjonalizzazzjoni. Spjega wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin, bi ftehim mal-privat, mal-120 pazjent stabbli ħa jkunu qed jiġu rilokati fi djar fil-komunità, bl-impjegati tal-Gvern ħa jkunu qed jirrilokaw mal-pazjenti tagħhom f'dawn is-siti ġodda.

It-tieni fażi tar-riforma se tara li s-servizz tal-psikjatrija akuta jiġi rilokat fl-Isptar Mater Dei, fejn se jkun hemm sala tal-psikjatrija li tkun tista' tilqa' mat-30 pazjent.

L-aħħar fażi ta' din ir-riforma se tkun l-introduzzjoni ta' Acute Psychiatric Unit, b'investiment ta' madwar €33 miljun. Din se tkun faċilità state-of-the-art li se tkun tista' tilqa' 128 pazjent fl-Isptar Mater Dei. Il-Ministru Abela spjega li dan huwa mudell ta' kura li diġà jeżisti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn il-kura ta' kull tip ta' mard tingħata minn sptar wieħed, mingħajr distinzjoni. Kompla li l-Foundation for Medical Services (FMS) tinsab fi proċess avvanzat biex tapplika għall-bini ta' din il-unit, li hu maħsub li jieħu madwar erba' snin biex jitlesta. 

“Il-Gvern jagħraf u jaqbel mal-pariri tal-esperti fil-qasam tas-saħħa mentali u determinat li jġib fis-seħħ bidla radikali fl-infrastruttura u fis-servizzi għall-kura tas-saħħa mentali. Kommessi li noffru kura moderna f'ambjent akkoljenti u san", temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbra riforma fil-kura tas-saħħa mentali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow