Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Il-Gvern b’aktar għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala

PR240866
Date Icon 20/05/2024

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar li ġew imqassma pagamenti diretti lill-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin, b’allokazzjoni li tlaħħaq l-€14-il miljun taħt diversi skemi ta’ għajnuna finanzjati minn Fondi Ewropej u dawk nazzjonali. 

Il-Ministru Refalo ħabbar ukoll li qed terġa’ tiġi imnedija l-iskema għax-xiri ta’ fertilizzanti, b’allokazzjoni ta’ kważi €4 miljun. Din l-iskema hija intiża sabiex tkompli ttaffi ftit mill-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq il-prezzijiet tal-prodotti impurtati.  “Bħala Gvern se nkunu qegħdin inkomplu nappoġġjaw lill-bdiewa permezz ta’ pagamenti dirett mogħtija abbażi tal-art eliġibbli li għandhom, u li se jservu bħala kumpens għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti kimiċi u sintetiċi,” sostna l-Ministru Refalo.

Huwa tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lil dan is-settur mhux biss permezz ta’ fondi Ewropej, iżda wkoll permezz ta’ fondi nazzjonali, sabiex flimkien mal-bdiewa jkomplu jsaħħu u jiżguraw is-sostenibbiltà kontinwa tas-settur agrikolu Malti u Għawdxi fil-ġejjieni.

“Dan li ħabbarna llum jirrifletti dak li ksibna permezz tan-negozjati fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, fejn il-pagamenti diretti għall-bdiewa u r-raħħala irrdupjaw,” temm jgħid il-Ministru Refalo.

Id-Direttur Ġenerali tal-ARPA, Louisa Formosa, spjegat li l-iskemi ta’ għajnuna li ingħataw pagamenti diretti kienu jinkludu l-Appoġġ Bażiku għall-Introjtu għas-Sostenibbiltà; Pagament għall-Bdiewa b’Azjenda Agrikola Żgħira; Appoġġ Kumplimentari għall-Introjtu għall-Bdiewa Żgħażagħ; l-Eko-skemi; Appoġġ Akkoppjat għall-Introjtu li jkopri s-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tat-tadam għall-ipproċessar; Impenji Agro-Ambjentali-Klimatiċi; Biedja Organika; u l-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel lill-ARPA fuq 22926148 jew jibgħat email fuq arpa.mafa@gov.mt. Aktar dettalji dwar l-iskema jistgħu jiġu aċċessati mil-linji gwida dettaljati li jinsabu fuq is-sit www.arpa.gov.mt. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Il-Gvern b’aktar għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Il-Gvern b’aktar għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow