Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Se jiġu ffinanzjati 7 proġetti ta’ restawr f’diversi knejjes

pr240865
Date Icon 20/05/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li seba' proġetti ta' restawr ta' oġġetti ta' wirt patrimonjali f'diversi knejjes se jiġu finanzjati permezz tal-Iskema ta' Finanzjament għar-Restawr.

Din l-iskema titmexxa mill-Kunsill Malti għall-Arti b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u kienet miftuħa għall-organizzazzjonijiet kulturali u organizzazzjonijiet volontarji. B'kollox, dawn is-seba' proġetti se jirċievu appoġġ finanzjarju għat-tiswija, restawr, u konservazzjoni ta' oġġetti ta' wirt patrimonjali. Dan jinkludi proprjetà kulturali immobbli interna u esterna, bħal altari, dekor arkitettoniku, xogħlijiet tal-arti, dekorazzjonijiet, u elementi oħra.

“Investimenti bħal dawn huma xhieda tal-importanza li nagħtu lil-legat kulturali u artistiku tagħna, f'dan il-każ dak reliġjuż. Impenjati li nkomplu ngħinu lil dawk kollha involuti f'attivitajiet tradizzjonali u kreattivi. Permezz ta' dawn l-iskemi u inizjattivi qed inkomplu nsaħħu l-infrastruttura kulturali tagħna, f'dan il-każ reliġjuż, li huma parti importanti mill-wirt tagħna kollettiv bħala ġens Malti," tenna l-Ministru Bonnici.

Is-seba' proġetti li se jibbenefikaw minn din l-iskema huma:

  • Għaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi, San Ġiljan - Introibo ad Altare Dei: Restawr u Konservazzjoni tal-Artali fil-Knisja l-Qadima tal-Parroċċa ta' San Ġiljan
  • Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta - Restawr tal-Artal tal-Kappella ta' Sant'Anna: Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta
  • Soċjetà Storiko Kulturali Vittoriosa - Konservazzjoni u Restawr tal-pittura tal-Artal tal-Assunzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija
  • Fondazzjoni Patrimonju Siġġiewi - Restawr tal-pittura tal-Madonna Immakulata
  • Soċjetà Dun Filippu Borgia - Restawr tal-arloġġ fil-Knisja ta' San Pawl, Birkirkara
  • Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa - Restawr tal-bibien li jinsabu fil-faċċata tal-Knisja
  • Fondazzjoni Wirt Kulturali Vittoriosa: Restawr tal-Bradella tal-Istatwa ta' San Lawrenz

Intant, il-Ministru Bonnici ħabbar ukoll it-tnedija ta' skema ġdida, l-Iskema ta' Finanzjament għar-Restawr – Artefatti Mobbli amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti b'kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali. Din l-iskema ġdida se tappoġġja applikanti li għandhom bżonn jirrestawraw affarijiet mobbli fil-Knejjes, bħal pitturi, tessuti, statwi, linef u hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet volontarji, b'kollaborazzjoni mal-Knisja Parrokjali. L-applikazzjonijiet se jagħlqu fit-2 ta' Lulju 2024.

Il-Kap tal-Finanzjamenti tal-Kunsill Malti għall-Arti Rita Falzon qalet li permezz ta' dawn l-iskemi qed jassistu fil-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-wirt kulturali ta' pajjiżna. “Dawn it-tip t'inizjattivi jippermettu l-protezzjoni u aċċess kontinwu għal dan il-legat billi nsaħħu l-komunitajiet tagħna sabiex jissalvagwardjaw l-identitajiet lokali kulturali fi ħdan ambjent multikulturali li qiegħed dejjem jevolvi."

Għal aktar informazzjoni u biex tniżżel il-linji gwida u r-regolamenti għall-Iskema ta' Finanzjament għar-Restawr – Artefatti Mobbli, żur is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti fuq artscouncil.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Se jiġu ffinanzjati 7 proġetti ta’ restawr f’diversi knejjes
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Se jiġu ffinanzjati 7 proġetti ta’ restawr f’diversi knejjes
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Se jiġu ffinanzjati 7 proġetti ta’ restawr f’diversi knejjes
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow