Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Opportunitajiet ġodda fis-settur volontarju għall-istudenti tal-MCAST

pr240864
Date Icon 20/05/2024

Iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat u l-MCAST

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) iffirmaw Memorandum of Understanding sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet.

Din il-koperazzjoni, li ilha għal numru ta’ snin, issa se tiġi fformalizzata għall-ewwel darba u se tinkludi programm li bih, studenti tal-kulleġġ se jkunu jistgħu jiksbu esperjenzi ta' volontarjat u jkollhom aktar informazzjoni dwar is-settur u dwar l-għaqdiet differenti. Permezz tal-ftehim se tiżdied ukoll il-promozzjoni tas-settur maż-żgħażagħ u l-opportunitajiet li hemm għall-istudenti. Apparti dan, se tinħoloq ukoll koperazzjoni fuq programmi ta' taħriġ, informazzjoni u riżorsi għal min ikun jixtieq jagħti sehmu fil-volontarjat.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo u l-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Prof. Joachim James Calleja.

Il-ftehim qiegħed jippermetti wkoll lill-MCVS biex għall-ewwel darba jkollu preżenza fiżika fissa f'post ċentrali fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid, permezz ta’ Volunteer Hub, li minnha se tingħata l-informazzjoni dwar is-settur, kemm bħala servizzi għal min jixtieq jagħti sehmu bħala voluntier u anki għall-għaqdiet volontarji.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif il-preżenza ta’ Volunteer Hub fl-MCAST, se tkompli tibgħat messaġġ b’saħħtu favur il-volontarjat fost l-istudenti. “Irridu nagħtu s-setgħa lill-istudenti biex ikunu katalisti għal bidla pożittiva. Bħala Gvern, se nkomplu ninvestu kemm hemm bżonn riżorsi biex nippromwovu l-volontarjat bħala għodda li permezz tagħha, studenti u adoloxxenti jsawru futur isbaħ”, qalet il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-Ministru Clifton Grima qal, “B’dan il-ftehim qed nenfasizzaw kemm il-volontarjat għandu rwol importanti u li jagħmel bidla fil-ħajja tan-nies. Huwa sinifikattiv kif il-Hub se jkun f’kampus studentesk bħall-MCAST, meta nafu kemm l-istudenti qed jieħdu sehem attiv fil-ħajja ta’ madwarhom fuq diversi livelli. Dan il-ftehim huwa wkoll ieħor li qed jara entitajiet diversi jingħaqdu biex ikomplu jagħtu aktar opportunitajiet lil-istudenti tal-pajjiż.”

Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Segretarji Permanenti taż-żewġ Ministeri, flimkien ma’ numru ta’ studenti li għadhom kif temmew l-esperjenza tagħhom ta’ volontarjat bħala parti mill-vjaġġ akkademiku tagħhom fl-MCAST.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Opportunitajiet ġodda fis-settur volontarju għall-istudenti tal-MCAST
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Opportunitajiet ġodda fis-settur volontarju għall-istudenti tal-MCAST
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Opportunitajiet ġodda fis-settur volontarju għall-istudenti tal-MCAST
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow