Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Public Service Expo24 miftuħa fi tmiem il-ġimgħa

pr240858
Date Icon 18/05/2024

Wara s-suċċess ta' attendenza li nkiseb f'dawn it-tlett ijiem tal-Public Service Expo24, din l-Expo se tkun miftuħa wkoll fi tmiem il-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd bejn l-10.00 a.m. u l-4.00 p.m.

Fost il-mistednin distinti li se jkunu qed iżuru l-Public Service Expo24 fi tmiem il-ġimgħa, se jkun hemm il-President Dr Myriam Spiteri Debono.

Il-Public Service Expo24 għandha parteċipazzjoni mill-Ministeri kollha fosthom mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'dipartimenti, direttorati u entitajiet jagħtu s-sehem tagħhom. Fl-Expo24 qed jingħataw numru kbir ta' servizzi mżewqa b'wirjiet, attivitajiet ta' interess u kompetizzjonijiet.

Ħafna familji mistennija jiġu jżuru l-Expo u jipparteċipaw f'numru ta' attivitajiet imħejjija. L-Expo24 hija pet-friendly u tolqot il-gosti ta' kulħadd. Kull min se jiġi mhux se jitlaq b'idejh vojta hekk kif qed jitqassam merchandise esklussiv li żgur ifakkrek f'din l-esperjenza.

Id-dħul għall-pubbliku huwa bla ħlas min-North Entrance tal-MFCC fejn hemm spazju kbir allokat għall-parkeġġ.

Reġistrazzjoni għall-Expo tista' ssir minn https://pseregistration.gov.mt/registrazzjoni/ jew dakinhar stess mal-wasla tiegħek.

Kull min jixtieq aktar tagħrif għandu jsegwi l-paġni soċjali tas-Servizz Pubbliku.

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Public Service Expo24 miftuħa fi tmiem il-ġimgħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow