Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ftehim kollettiv b'benefiċċji akbar għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni

pr240857
Date Icon 18/05/2024

Il-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni se jibbenefikaw minn drittijiet, kundizzjonijiet u salarji aħjar grazzi għall-iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid. Fost l-oħrajn, l-aġenzija tamministra u tieħu ħsieb l-operat taċ-ċentri magħluqa ta' detenzjoni.

Fi Frar tas-sena li għaddiet, dak li qabel kien dipartiment tal-gvern inbidel f'aġenzija bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat ikun l-ewwel wieħed għall-ħaddiema ta' din l-aġenzija minn meta seħħ dan l-iżvilupp.

Permezz tal-ftehim kollettiv, il-ħaddiema tal-aġenzija se jibbenefikaw minn progress aħjar fil-karriera u għarfien permezz ta' titjib sostanzjali fis-salarji u fl-allowance.

Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, li qal li l-ftehim huwa wieħed minn kullana ta' rekord ta' ftehimiet li l-gvern iffirma mal-għaqdiet tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà ta' pajjiżna.

“Dan hu ftehim ieħor importanti mal-ħaddiema, ftehim li tmexxa mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali tal-amministrazzjoni pubblika flimkien mal-unjin u l-uffiċjali li jirrappreżentaw lill-istess ħaddiema. B'kuntrast għal snin ilu, fejn il-ħaddiema f'din l-aġenzija ma kellhomx kuntratt fiss u setgħu jitwaqqfu ħesrem mix-xogħol, illum dawn il-ħaddiema huma rikonoxxuti għall-ħidma importanti li huma jwettqu, b'kundizzjonijiet u salarji aħjar", qal il-Ministru Camilleri.

Is-Segretarju tat-Taqsima fil-General Workers' Union, Theo Vella, qal li permezz ta' dan il-ftehim kollettiv, fl-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni sar pass importanti ieħor fejn l-uffiċjali tad-detenzjoni qed jagħmlu qabża oħra fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Is-Sur Vella rrikonoxxa l-koperazzjoni sħiħa mill-amministrazzjoni tal-aġenzija, kif ukoll mill-Gvern, biex kien issiġillat ftehim kollettiv ma' grupp ieħor ta' ħaddiema li jservu fis-sigurtà ta' pajjiżna.

Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Joyce Dimech, is-Segretarju Permanenti Joyce Cassar u uffiċjali oħra fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (People and Standards), flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union, Josef Bugeja, u rappreżentanti oħra tal-ħaddiema fl-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ftehim kollettiv b'benefiċċji akbar għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ftehim kollettiv b'benefiċċji akbar għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ftehim kollettiv b'benefiċċji akbar għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow