Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara

pr240856
Date Icon 17/05/2024

• Spazju miftuħ ieħor għan-nies fil-qalba tal-komunità

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara, xogħol li twettaq mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC). B'dan il-proġett inħoloq spazju miftuħ għall-familji ta' 16,500m2 fil-qalba tal-komunità, żona pedonali ta' 3,000m2 fl-istess pjazza, promenade msebbħa bi street furniture u sistema ta' dawl aħjar, bandli ġdid u sistema ġodda ta' servizzi flimkien ma' siġar imħawla li komplew isebbħu d-dehra tal-qalba tal-Kalkara.

F'indirizz li għamel, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif reġgħet inħolqot pjazza li ngħatat lin-nies. Qal li dan kien proġett importanti fost proġetti oħra kbar li għaddejjin fil-Kottonera li dan il-Gvern jemmen fil-potenzjal tagħha. Dr Abela nnota kif din il-parti ta' Malta qed tiġbed lejha investiment sabiħ bi proġetti ta' kwalità li jpoġġu lill-familji fil-qalba. F'dan il-kuntest il-Prim Ministru saħaq fuq il-bilanċ fejn xogħol ta' riġenerazzjoni ma jfissirx li jinħatt dak tal-imgħoddi iżda li jiġu ppreservati l-karatteristiċi.

“Aħna lill-Kalkara rriduha isbaħ imma b'dan infissru wkoll li rriduha tibqa' bil-karatteristiċi partikolari tagħha," sostna l-Prim Ministru Robert Abela hu u jinnota kif il-proġett tal-GHRC, li bih ingħatat pjazza oħra lin-nies, ħa naraw post li kien okkupat mill-vetturi issa se jfisser spazju għat-tgawdija tal-familji u fejn ix-xatt hu isbaħ biex jitgawda minn kulħadd. Il-Prim Ministru semma wkoll l-irwol tal-Kunsilli Lokali fix-xogħlijiet importanti li jsiru b'kollaborazzjoni mal-entitajiet tal-Gvern.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli qalet li dan hu proġett ewlieni li permezz tiegħu il-Kalkara sbieħet, is-servizzi ġew immodernizzati u ngħata spazju li permezz tiegħu ċ-ċentru tal-lokalità sar tassew il-qalb tħabbat tal-Kalkara. “Proġett li huwa wkoll simbolu tal-impenn tagħna li nkomplu noħolqu aktar spazji miftuħa, fejn il-komunità, il-familji u n-nies jistgħu jiltaqgħu; fejn bl-attivitajiet ekonomiċi u kulturali, noffru mumenti ta' serħan għar-residenti u anke lil min iżur il-gżejjer tagħna," sostniet il-Ministru Dalli.

Fl-istess inawgurazzjoni tkellmu wkoll is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina u l-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi. Is-Sindku Aquilina qal, “Kburi li wasalna s'hawn. Qed inroddu xatt u pjazza mill-isbaħ, lura lin-nies. Proġett li biddel id-dinamika tal-Kalkara u kompla jgħolli l-valur u l-potenzjal tar-raħal. Filwaqt li minn qalbi nrodd ħajr lil kull min kien hemm b'xi mod jew ieħor biex din il-ħolma għall-Kalkariżi saret realtà, qed inħares 'il quddiem biex il-Kalkariżi u l-pubbliku inġenerali jgawdu din iż-żona mhux biss illum, imma fiż-żmien li ġej." Min-naħa tiegħu, Gino Cauchi sostna li l-GHRC hi kburija bl-implimentazzjoni ta' dan il-proġett għax illum il-Kalkara għandha xatt mill-isbaħ li diġà beda jiġbed l-attenzjoni ta' bosta, residenti u min iżuru. “Il-GHRC tinsab impenjata biex tkompli twettaq aktar proġetti ta' riġenerazzjoni fil-Port il-Kbir", tenna l-Kap Eżekuttiv tal-GHRC.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow