Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali –Ġunju 2024

pr240855
Date Icon 17/05/2024

Votazzjoni f'San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f'Għawdex

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f'dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani  (ara Skeda) - is-Sibt, 1 ta' Ġunju, 2024; 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex –

il-Ħamis, 6 ta' Ġunju, 2024

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani

Jivvotaw f'dawn il-postijiet (fl-1 ta' Ġunju, 2024), dawk il-votanti li huma reġistrati f'dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 25 ta' Mejju, 2024;

dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta' xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f'San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 31 ta' Mejju, 2024;

fl-1 ta' Ġunju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f'dawn l-istituzzjonijiet.

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex:

jivvotaw f'dawn il-postijiet (fis-6 ta' Ġunju, 2024) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta' filgħaxija tat-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2024, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-4 ta' Ġunju, 2024.

17 ta' Mejju, 2024

Skeda

01Il-ĦamrunDar San Pawl
02Santa Venera L-Istitut ta' Apap
03Santa VeneraCasa Francesco
04Iż-ŻejtunDar l-Anzjani
05Ħal GħaxaqGhigo Community Residence
06MarsaskalaSt Thomas Community Living
07Il-FguraResidenza San Ġużepp
08Paola Casa Paola
09Ħal TarxienDar l-Annunzjata
10Ħal QormiDar Pinto
11L-ImtarfaDar għall-Anzjani
12Ir-Rabat (M)Villa Messina
13Ir-Rabat (M)St Elizabeth Home
14Ħal BalzanCasa Antonia
15BirkirkaraDar tal-Kleru 'Christus Sacerdos'
16L-ImsidaJasmine Nursing Home
17Il-GżiraVivan Care Residence
18In-NaxxarSimblija Care Home
19In-NaxxarGolden Care
20

Baħar iċ-Ċagħaq,

In-Naxxar

Porziuncola
21San ĠiljanCasa Leone XIII
22San ĠiljanResidenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp
23Tas-Sliema Casa Marija
24Tas-SliemaThe Imperial
25Ħ'AttardDar Santa Katerina
26Ħ'AttardRoseville
27Il-MostaSorijiet Franġiskani 'Pax Et Bonum'
28Il-MostaCasa Arkati
29Il-MostaDar il-Madonna tal-Isperanza
30Il-MostaCentral Home
31Il-MellieħaDar il-Madonna tal-Mellieħa
32San Pawl il-BaħarCasa Serena
33San Pawl il-BaħarCasa San Paolo
34San LawrenzVilla San Lawrenz
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow