STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar pjan ta' żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Il-Ministru Abela spjega kif parti minn dan il-pjan se jara l-iżvilupp ta' sptar akut ġdid. “L-għan ewlieni ta' dan il-pjan huwa li Għawdex ikollu infrastruttura medika moderna u komprensiva, sabiex ikompli jingħata servizz ta' kura tas-saħħa tal-ogħla livell f'Għawdex stess," tenna il-Ministru Abela.
Il-Ministru kompla jispjega li l-isptar il-ġdid se jkopri madwar 400 sodda li jfisser li se jkun qed jiġi rduppjat l-ammont ta' kemm jilqa' pazjenti fih l-Isptar t'Għawdex. Ħabbar ukoll li parti mill-pjan ta' riġenerazzjoni ser jara l-introduzzjoni ta' ċentru ġdid tal-anatomija, faċilità ġdida għar-riċerki, ċentru ta' CDAU u l-installazzjoni ta' helipad ġdida għal trasport f'każ ta' emerġenza lejn l-Isptar Mater Dei.
“Grazzi għal dan il-pjan mhux biss ser inkunu qed intejbu u noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell, imma wkoll se naraw numru ta' impjiegi ġodda ta' kwalità għall-Għawdxin. Il-Gvern kontinwament qed jibqa' jaħdem u jiżgura li l-Għawdxin ikollhom is-servizzi tas-saħħa kollha neċessarja provduti f'Għawdex stess," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926