Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inizjattiva biex il-prodotti agrikoli tal-bdiewa Għawdxin jaslu b’mod aktar faċli lejn Malta

pr240846
Date Icon 17/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar inizjattiva ġdida tal-Malta Food Agency, li permezz tagħha se tiġi faċilitata aktar ħidmet il-bdiewa Għawdxin.

Ġie spjegat kif l-Aġenzija għall-Ikel, fi ħdan il-Ministeru, se tkun qed tipprovdi servizz ta' trasport bla ħlas lill-bdiewa Għawdxin, fejn permezz ta' dan is-servizz l-Aġenzija se tkun qed twassal il-prodotti agrikoli minn Għawdex għal Malta. Dan is-servizz se jkun provdut darbtejn fil-ġimgħa, biex jilqa' għad-domanda.

Il-prodotti agrikoli se jiġu trasportati direttament lejn il-Pitkalija f'Malta fejn jiġu reġistrati u jitqassmu lill-aġenti tal-bejgħ skont id-direzzjoni tal-bdiewa. Se jiġu stampati wkoll tikketti fuq barra ta' kull prodott sabiex jiżguraw traċċabilità.

Il-ministru qal li dan is-servizz huwa mmirat biex inaqqas l-ispejjeż għall-bdiewa Għawdxin, speċjalment dawk marbutin mat-trasport bħal fjuwil u spiża tal-vapur. Tenna li din l-inizjattiva se ttejjeb l-effiċjenza u żżid l-aċċessibilità tal-prodotti agrikoli Għawdxin fis-suq Malti.

“Permezz ta' dak li qed inħabbru llum, il-Gvern bil-provi qed jirrikonoxxi l-ħidma tal-bidwi, hekk kif se jara li l-prodott li jkun kabbar b'tant għaqal u dedikazzjoni jiġi apprezzat mill-konsumatur Malti u Għawdxi. Din l-inizjattiva tikkumplimenta ħafna miżuri oħrajn fejn qed naraw li l-ħafna piżijiet li ġabet magħha x-xena internazzjonali fuq is-settur tant kruċjali tal-agrikoltura ma jinġarx mill-bdiewa nfushom iżda jkun hemm l-ispalla kontinwa tal-Istat," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inizjattiva biex il-prodotti agrikoli tal-bdiewa Għawdxin jaslu b’mod aktar faċli lejn Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inizjattiva biex il-prodotti agrikoli tal-bdiewa Għawdxin jaslu b’mod aktar faċli lejn Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow