Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurat ċentru fil-komunità tal-Aġenzija Sapport għal persuni b’diżabilità

pr240845
Date Icon 17/05/2024

Miżura elettorali oħra implimentata

Persuni b'diżabilità ser ikunu qed jibbenefikaw minn servizzi u programmi individwalizzati permezz ta' ċentru ġdid fil-komunità mmexxi minn Aġenzija Sapport. B'investiment ta' aktar minn €200,000, Ġirasol, dar f'Tal Virtù, ir-Rabat, ġiet attrezzata b'faċilitajiet sabiex professjonisti differenti minn Aġenzija Sapport ikunu jistgħu jwettqu sessjonijiet speċjalizzati ma' persuni b'diżabilità skont il-pjan individwali mħejji magħhom.


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fejn tenniet li din l-inawgurazzjoni timmarka l-implimentazzjoni ta' miżura elettorali oħra. 

Il-programmi jinkludu sessjonijiet ta' għajxien indipendenti minn Support Workers, Occupational Therapists u oħrajn, sessjonijiet prattiċi individwali jew fi gruppi għal persuni b'diżabilità li qed ifittxu impjieg permezz tal-Way to Work, u attivitajiet soċjali individwali jew fi gruppi bejn persuni b'diżabilità u voluntiera bħala parti mis-servizz ta' Sharing Lives.

Il-pjan ta' dan il-proġett ġie żviluppat wara li ġie osservat li persuni b'diżabilità li jirċievu servizzi minn Aġenzija Sapport, jibbenefikaw aktar jekk isegwu programm strutturat f'ambjent addattat. Dan il-proġett ikompli jifrex is-servizzi tal-Aġenzija fil-komunità, iżid l-aċċessibilità għas-servizzi, kif ukoll jiffaċilita l-implimentazzjoni tas-servizzi billi joffri spazju li hu maħsub għal persuni bi bżonnijiet differenti.

Il-Ministru Farrugia Portelli fissret kif dan iċ-ċentru huwa xhieda tal-impenn tal-aġenzija li toffri lill-persuni b'diżabilità l-aqwa servizz. “Li dan iċ-ċentru huwa f'nofs il-komunità Rabtija mhux b'kumbinazzjoni. Dan fih innifsu jibgħat messaġġ li l-persuni b'diżabilità huma parti integrali mill-komunità. Dan iċ-ċentru se jservi bħala punt ta' referenza għall-professjonisti biex jissorveljaw aktar l-iżvilupp ta' persuni b'diżabilità fuq bażi individwali. Bħala Gvern se nkomplu ninvestu f'dawn it-tip ta' programmi u servizzi hekk kif qed iħallu frott u riżultati tajbin fl-iżvilupp ta' ħafna persuni," temmet tgħid il-Ministru.

Oliver Scicluna, Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, spjega kif dan il-proġett fil-komunità jorbot mal-mixja tal-aġenzija lejn provvediment ta' programmi fil-komunità biex iżidu l-abilitajiet ta' persuni b'diżabilità għal għajxien indipendenti, fejn jistgħu jitħarrġu f'affarijiet tal-ħajja ta' kuljum u li b'sapport personalizzat jistgħu jitgħallmu jagħmlu affarijiet mingħajr jew b'inqas assistenza. Dan fil-fatt hu wkoll il-qofol tal-istrateġija tal-aġenzija lejn deistituzzjonalizzazzjoni.


Min-naħa tiegħu, is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus tenna l-impenn tal-Kunsill Lokali favur aktar proġetti ta' din ix-xorta. “L-element inklużiv jibqa' pilastru ewlieni tal-ħidma tagħna. Determinati li nkomplu niżguraw li s-soċjetà u l-ambjent urban ta' madwarna mhux biss ikunu kompletament aċċessibbli, iżda joffru l-aqwa għajnuna possibbli qrib kemm jista' jkun tal-komunità. Proġetti ta' din ix-xorta nilqgħuhom u se nibqgħu naħdmu favur tagħhom," temm jgħid is-Sindku.


Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Nancy Caruana, l-arċipriet tal-lokal Fr Joseph Mizzi u l-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurat ċentru fil-komunità tal-Aġenzija Sapport għal persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurat ċentru fil-komunità tal-Aġenzija Sapport għal persuni b’diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow